Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAT-TIM REBBIEĦ TAL-WATER POLO TA’ TAĦT IS-SBATAX-IL SENA

pr141015
Date Icon 10/05/2014

Wara s-suċċess li kiseb it-tim Malti tal-water polo ta’ taħt is-sbatax-il sena f’kompetizzjoni Ewropea li ntlaghbet fir-Repubblika Ċeka, il-Prim Ministru laqa’ l-iskwadra rebbieħa fil-Berġa ta’ Kastillja.

Dr Joseph Muscat faħħar il-mentalità rebbieħa ta’ dan it-tim li għamilna lkoll kburin bir-rebħ tal-midalja tad-deheb. Huwa sostna li għalkemm pajjiżna huwa pjuttost żgħir meta mqabbel ma’ nazzjonijiet oħra, ċertament li għandna t-talent biex nikkompetu fl-għola livell.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius tenna l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jinvesti f’dan l-isport biex dak li ksibna s’issa jservi ta’ sisien għal aktar suċċessi ‘l quddiem. Fl-istess waqt huwa ħeġġeġ lill-plajers kollha biex filwaqt li jibqgħu ddedikati għall-isport, ikomplu jistudjaw bil-għan li jassiguraw l-aqwa futur għall-karriera tagħhom.

Fi tmiem il-laqgħa l-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari ppreżentaw tifkira lill-iskwadra bħala rikonoxximent għas-success li kisbu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow