IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JŻUR IL-MALTA ROBOTICS OLIMPIAD
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iz-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar il-Malta Robotics Olimpiad li ttellgħet fil-Bocci Dromo tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Gurnata ta' attivita li kienet organizzata mill-Malta Council for Science and Technology (MCST) u d-Dipartiment tal-eLearning.
Is-Segretarju Parlamentari ġie milqugħ mill-organizzaturi u mdawwar mal-esebizzjoni diversa, bi progetti relatati mar-robotics, waqt li l-istudenti kienu qed jahdmu fuq progetti ohra.
Is-Segretarju Parlamentari Agius wera interess kbir fix-xogħlijiet esposti waqt ir-Robotics Olimpiad u kien impressjonat bl-għarfien tal-istudenti dwar oqsma innovattivi. Huwa faħħar ix-xogħol ta' dawn l-istudenti u rringrazzja specjalment lill-organizzaturi li holqu pjattaforma li permezz taghha l-istudenti setghu jesprimu l-krejattivita' tagħhom u permezz tal-kompetizzjoni jitħarrġu fl-abbilita' li jsolvu l-problemi.
Is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq fuq l-bżonn li jkun hawn aktar inizzjattivi bħal dawn li fihom l-istudenti jistgħu joħolmu u jwettqu l-ħolm tagħhom speċjalment fejn jidħlu oqsma innovattivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en