STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
B’referenza għal dak li ntqal dalgħodu mill-oppożizzjoni dwar l-Air Malta, il-Ministeru għat-Turiżmu jirrimarka li l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista, Stefano Mallia u Robert Arrigo, għandhom biss isaqsu lill-kollegi tagħhom stess dwar kif tħalliet l-Air Malta u min waqqa l-moral tal-ħaddiema tul is-snin.
Ezempju ċar kien meta l-Ministru preċedenti kien qal li mhux se jaghmel ċuċ Malti jmexxi l-Air Malta. Fil-fatt il-Gvern preċedenti kien ħatar kap eżekuttiv barrani biex imexxi l-linja nazzjonali tal-ajru u tħallas madwar wieħed punt tlieta miljun ewro f’paga għal perjodu ta’ tlett snin biss. Għalhekk huwa l-Gvern preċdenti li jaħti unikament ghas-sitwazzjoni li sabet fiha l-linja nazzjonali tal-ajru.
Il-Ministeru jfakkar li ma ċaqlaq xejn mill-programm ta’ ristrutturar tal-Air Malta li kien ftiehem dwaru l-Gvern preċedenti mal-Kummissjoni Ewropea.
Dan il-Gvern se jkun qed jara li jissaħħaħ il-management tal-Air Malta u li terġa’ tidħol il-fiduċja fost il-ħaddiema.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en