IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATRIĊI AMERIKANA GĦAL MALTA GINA ABERCROMBIE-WINSTANLEY
Waqt laqgha ta’ kortesija mill-ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Gina Abercrombie-Winstanley flimkien mal-Ministru ghat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis gew diskussi is-suġġetti dak turistiku u s-settur tal-avjazzjoni li huma ta’ interess kbir għaż-żewġ pajjiżi.
Dan il-Gvern se jkun iffukat biex jattira aktar turiżmu ta’ kwalita’ mill-Istati Uniti.
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis irrefera ghall-fatt li ftit xhur ilu l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu regghet ħatret rapprezentant tagħha fi New York. Dan jindika l-importanza li qed jagħti l-Gvern lil dan is-settur turistiku partikolari.
In vista ta’ dan ġew diskussi binarji differenti ta’ kif l-objettiv tal-Gvern jista’ jintlaħaq.
B’referenza għas-settur tal-avjazzjoni, il-Ministru għat-Turiżmu semma’ il-ftiehem li hemm bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, li jolqot lil Malta bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll irringrazzja lil ambaxxatriċi Amerikana tal-għajnuna li ngħatat mill-Istati Uniti għaż-żewġ magni tal-X-rays li qed jintużaw għal skopijiet ta’ sigurta’, kif ukoll ta’ taħriġ tal-ajru li tingħata mill-Istati Uniti.
Dr. Edward Zammit Lewis qed iħares lejn is-settur tal-avjazzjoni bħala settur li potenzjalment ser jikber b’rata mgħaġġla fis-snin li ġejjin.
Għalhekk stieden lil ambaxxatriċi biex investituri mill-Istati Uniti li qed iħarsu lejn dan is-settur b’ serjeta’ għal skopijiet ta’ investiment.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en