Left arrow Mur Lura

FL-AĦĦAR ERBATAX IL-XAHAR ALLOKATI €10 MILJUN AKTAR GĦAL FAĊILITAJIET ĠODDA ĠEWWA L-MCAST CAMPUS

pr141010
Date Icon 09/05/2014

 F’konferenza stampa ġewwa l-MCAST is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li matul l-aħħar erbatax il-xahar ġew kommessi €10 miljun ohra mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp Reġjonali sabiex jinbew il-faċilitajiet ġodda fuq dan l-MCAST Campus.

 Fost il-faċilitajiet li ma kienux fil-pjan originali u li issa ser jinbnew, wieħed jista’ issib il-faċilitajiet sportivi ġodda li jikkumplimentaw kulleġġ bħal dan b’valur ta’ kwart ta’ miljun ewro.


Dr. Borg qal li x-xogħolijiet fuq dan il-Campus jinsabu f’livell avvanzat ħafna u kkonferma  li matul l-aħħar sena ġew iċċertifikati u mħalsa madwar €9 miljun. Dan jixghed biċ-ċar l-ispinta u r-ritmu pożittiv li dawn ix-xogħolijiet qabdu.


Is-Segretarju Parlamentari waqt iż-żjara fuq il-post fejn ħa jiġu żviluppati il-faċilitajiet sportivi saħaq li dan il-gvern ħass il-ħtieġa li jalloka dawn il-fondi  lil l-MCAST sabiex jinvesti f’dawn il-faċilitajiet b’risq l-4,600 student li jattendu dan il-Kulleġġ b’mod full time. Fost il-faċilitajiet sportivi li se jkunu qed jiġu żviluppati nsibu:

·         Grawnd ġdid tal-futbol.

·         Żewg multi purpose pitches.

·         Korsa tal-ġiri twila 60 metru.

Preżenti għal din il-konferenza stampa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Agius li qal li jinsab urtat li l-attivitajiet sportivi fl-MCAST ta’ Raħal Gdid kellhom isiru barra l-ħitan tal-istituzzjoni għaliex din m’għandix faċilitajiet sportivi.   Nuqqas li ħassewh l-aktar dawk li għazlu biex jistudjaw korsijet relatati mal-isport.  Huwa nnota n-nuqqas serju ta’ pjanar  mill-amministrazzjoni preċedenti, speċjalment fejn jidħol l-isport u l-MCAST.   L-onorevoli Agius sostna li l-isport huwa għodda biex titnaqqas id-dipressjoni u l-istress u s-Segretarjat Parlamentari, qed jaħdem bis-sħiħ biex tixxettel kultura ta’ ħajja aktar attiva u b’saħħitha bl-għan li jiġu miġġielda mard relatat man-nuqqas t’ ezercizzju partikolarment l-obeżita’. 

Indirizzaw ukoll din il-konferenza stampa ic-Chairperson tal-Kuleġġ Dr. Silvio Debono u l-Prinċipal is-Sur Stephen Cachia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow