Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI JŻUR IS-SIT TAL-BELAND MUSIC FESTIVAL

pr141008
Date Icon 09/05/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar is-sit li fih ser isir il-Beland Music Festival f’Bulebel.

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Banda Beland ser torganizza l-Beland Festival bejn id-9 u s-17 ta’ Mejju fejn għal darb’oħra ser ikun mimli spettaklu ta’ mużika bis-sehem ta’ talent lokali u anke barrani.

Fi żjara li għamel Dr Bonnici ħeġġeġ għall-attivitajiet bħal Beland Festival, li warajh mhux biss hemm l-għan li jagħti divertiment lil kull min għandu għal qalbu l-mużika, iżda qed isir b’għan nobbli.

Fil-fatt dak kollu li jinġabar matul id-diversi attivitajiet  se jmur kollu għal Puttinu Cares.

Il-Ministru Owen Bonnici stqarr li l-Gvern ser jgħin attivitajiet bħal dawn mill-aħjar li jista’ filwaqt li ħeġġeġ sabiex jibqgħu jsiru.

Il-Beland Music Festival ser jibda l-Ġimgħa 9 ta’ Mejju filwaqt li l-għada Bulebel se jiġi ttrasformat fil-villaġġ uffiċjali tal-Eurovision, fejn dawk li huma dilettanti jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Firelight. Dan il-festival jiġi fi tmiemu s-Sibt 17 ta’ Mejju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow