Left arrow Mur Lura

GVERN LI QIEGĦED JOĦLOQ AKTAR OPPORTUNITAJIET GĦAN-NEGOZJI – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA

pr141007
Date Icon 09/05/2014

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona qal li dan il-Gvern sa mill-bidu beda jieħu inizjattivi u mizuri bil-għan li jinħolqu aktar opportunitajiet għan-negozji ż-żgħar.

“Nemmen li f’din is-sena l’ilna nmexxu dan il-pajjiż tajna prova ċara li qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet meta konna qed ngħidu li se nkunu ‘a pro-business government’ ma konniex sempliċiment qed inżiedu terminoloġija ġdida fil-vokobularju politiku” qal il-Ministru Cardona.

Dan il-Gvern, qal il-Ministru Cardona, irid ikun Gvern tal-Opportunitajiet. Għalhekk ittieħdet id-deċizjoni kuraġġjuza li jitneħħa l-kriterju tal-esperjenza għal kuntratti pubbliċi ta’ anqas minn nofs miljun ewro (500,000). B’din id-deċizjoni kumpaniji żgħar u kumpaniji ġodda  ma baqgħux jiġu eliminati awtomatikament milli jidħlu għal opportunita’ li jieħdu kuntratti sinifikanti tal-Gvern.

“Għalkemm wieħed japprezza li jkun hemm ċirkostanzi fejn l-esperjenza hija neċessarja, din is-sitwazzjoni kienet awtomatikament qed toqtol il-possibilita’ lil diversi negozji milli jingħataw l-opportunita’ jidħlu għal kuntratti pubbliċi”.

Il-Gvern ħa ħsieb ukoll li apparti li jiffaċilita l-aċċess għal kuntratti pubbliċi, jgħati wkoll nifs lil kumpaniji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ likwidita’. Għalhekk minn Ottubru tas-sena li għaddiet ma’ baqetx tintalab Bid-Bond fuq tenders dipartimentali ta’ mhux aktar minn 120,000 ewro. Il-Ministru Cardona qal li dwar din id-deċizjoni kien infurmat mid-dipartiment tal-kuntratti li kien hemm feed-back pozittiv.

Semma wkoll it-tneħħija tal-Performance Guarantee għal tenders dipartimentali għall-kuntratti b’valur ta’ 10,000 ewro. Qal li s-sistema tal-e-tenders hija fully functional u l-aktar ħaga importanti, qed tintuza mill-SMEs.

Il-Gvern ħadem ukoll biex tkompli tkun indirizzata l-isfida li jħabbtu wiċċhom magħha n-negozji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċess għal finanzi. Skemi bħal Micro Guarantee u Micro Invest kienu zvillupati biex ikunu aktar effettivi.

Fil-Micro Guarantee tneħħa l-kriterju preċedenti li kienet tobbliga lil benefiċarji jħallsu interess ta’ 2% fuq il-valur tal-garanzija lil Malta Enterprise. Waqt li l-MicroInvest  kienet imsaħħa sostanzjalment; fost l-oħrajn billi nfetħet għal intrapriżi li jimpjegaw sa 30 persuna u żdiedet l-assistenza mgħotija b’5%.

Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern qed jgħin l-SMEs anke ta’ tibdil jew introduzzjoni ta’ liġijiet li jikkonċernawhom. Semma l-White Paper dwar il-ħinijiet tal-ħwienet u l-ħidma fuq l-att dwar in-negozji tal-familj, fejn bħalissa l-ministeru b’kollaborazzjoni mal-NSO qed jiġbor aktar informazzjoni permezz ta’ Survey.

“Il-Ħidma tagħna fi zmien li ġej se tkun iffukata primarjament fuq l-edukazzjoni. Dan għaliex filwaqt li hawn ħafna li għandhom in-nies u l-ħiliet neċessarji, jezistu negozji li m’għandhomx il-livell ta’ taħriġ, mhux biss biex jiffaċilitaw l-operat tagħhom, imma wkoll biex jimmassimizzaw l-opportunitajiet fis-suq” qal il-Ministru Cardona.

Dan il-Gvern iħoss l-obbligu li jieħu azzjoni. Dan ser isir billi mhux biss se jgħin lil dawn in-negozji u s-sidien tagħhom ikomplu jedukaw irwieħhom fit-tmexxija tan-negozju izda wkoll billi ngħinuhom ikollhom aċċess għal swieq, li forsi s’issa ma kellhomx il-kuraġġ iħarsu lejhom.

“Wettaqna ħafna imma konxji mill-fatt li fadal ħafna xi jsir. Għalhekk se nkomplu bil-ħidma tagħna biex nimplimentaw aktar miżuri li jistimulaw l-ekonomija, li jerġgħu jqajmu n-negozju, li jinċentivaw il-ħolqien tal-impjiegi u li jgħinu fit-tkattir ta’ klima li tagħti serħan il-moħħ u tattira lil min irid jinvesti, kemm Malti kif ukoll barrani”, temm jgħid il-Ministru Cardona.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow