SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE)
L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika’ ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Ministeru għall-Affarjiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, tixtieq tgħarraf li qed tniedi sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013.
Applikanti eliġibbli huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ msemmi hawn taħt tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar:’
Assi ta’ Prijorità 4: Insaħħu l-Kapaċità Istituzzjonali u Amministrattiva
Setturi:
1. Tisħiħ tar-riforma fis-settur pubbliku
2. Tagħlim tul il-ħajja għas-Settur Pubbliku
3. Tisħiħ tal-kwalità tas-servizzi tal-impjiegi
4. Promozzjoni ta’ djalogu soċjali u ċiviku aktar effettiv f’Malta
Total indikattiv ta’ finanzjament: €2 miljun (bil-possibilità li jiżdied skont l-ammonti li ma jkunux ġew allokati)
Din is-sejħa hija miftuħa biss għal entitajiet u organizzazjonijiet pubbliċi.
IS-SEJĦA TAGĦLAQ NHAR il-ĠIMGĦA 20 ta’ ĠUNJU 2014 F’NOFSINHAR (12:00 hrs)
Applikanti prospettivi huma mgħarrfa li l-Programm Operattiv, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti Gwida kif ukoll informazzjoni oħra jistgħu jinkisbu mill-sit elettroniku http://eufunds.gov.mt/opencalls
Applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-PPCD Triq il-Kukkanja, Santa Venera, SVR 1411
SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI
Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mħeġġa li jattendu s-Sessjoni ta’ Informazzjoni li se ssir nhar it-Tnejn, 19 ta’ Mejju 2014 fis-2.00pm.
Dawk interessati jistgħu jirreġistraw onlajn fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls sa mhux aktar tard minn nhar il- Ġimgħa, 16 ta’ Mejju 2014. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riżervati skont minn japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organiżżazzjoni jista’ jkun ristrett skont il-bżonn.
Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: http://eufunds.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en