Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI QABEL T-TWAQQIF TAL-KUNSILL TAL-KUNSILL REĠJONALI TAŻ-ŻGHAŻAGĦ GĦAWDXIN

pr141005
Date Icon 09/05/2014

Il-Ministeru ghal Għawdex jemmen bi sħiħ li ż-żgħażagħ għandhom ikunu miegħu fuq il-mejda tal-konsultazzjoni u jħares ‘l quddiem biex jiddiskuti magħhom issues pertinenti kontemporanji li huma ta’ interess għall-iżvilupp soċio-ekonomiku t’ Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo semma li ilha tinħass il-ħtieġa li f’Għawdex jitwaqqaf Kunsill Reġjonali għaż-żgħażagħ Għawdxin.  Din hija wegħda oħra ta’ dan il-gvern biex verament jagħti vuċi liż-żgħażagħ Għawdxin jikkontribwixxu bi sħiħ għall-iżvilupp t’ Għawdex.

Spjega kif dan il-Kunsill għandu l-għan li ikun interlokutur ewlieni fil-ħajja amministrattiva, soċjali, ekonomika, kulturali u edukattiva tal-gzira Għawdxija. Il-Ministru tenna li sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura beda jiltaqa’ mal-istakeholders fosthom iż-żgħażagħ biex jifhem aktar il-bżonnijiet tal-Għawdxin.

Permezz tat-twaqqif ta’ dan il-Kunsill, iż-żgħażagħ sejrin jngħataw vuċi waħda, soda u organizzata l-istess bħal ma ingħataw vuci l-intraprendituri permezz tal-kamra tal-kummerċ Għawdxija u l-lukandiera permezz tal-GTA. Filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex mhux ser jindaħal fl-operat tal-Kunsill taż-żgħażagħ minn naħa l-oħra, ser jappoġja lill-istess kunsill billi jgħatih post adekwat fejn jista’ jzomm l-laqgħat tiegħu, kif ukoll jimpjegalu koordinatur. 

S’issa kien hawn 25 għaqda li rreġistraw l-interess tagħhom biex jingħaqdu fil-Kunsill Reġjonali taż-żghażagħ Għawdxin. Il-Ministru wera l-fiduċja assoluta fiż-żgħażagħ Għawdxin biex jikontribwixxu biex is-soċjeta’ Għawdxija tkompli timxi l-quddiem  u jkunu huma ukoll parteċipi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Il-Ministru ħabbar li L-ewwel laqgħa ġenerali għat-twaqqif tal-Kunsill u adozzjoni tal-istatut hi pprogrammata għas-16 ta’ Mejju 2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow