IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI STEFAN BUONTEMPO JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA BIEX JIPPROMWOVI ‘IRKOTTAFEST’ ORGNIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI ĦAL KIRKOP
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo illum il-Ħamis 8 ta’ Mejju 2014, indirizza konferenza stampa biex jippromwovi ‘Irkottafest’ organizzat mill-Kunsill Lokali Ħal Kirkop. Dan il-festival ser isir nhar il-Ħadd, 11 ta’ Mejju 2014.
Stefan Buontempo stqarr li grazzi għal din il-katina ta’ attivitajiet, il-Kunsilli Lokali qegħdin jerġgħu jagħtu l-ħajja lit-tradizzjonijiet Maltin, li kienu qegħdin jisparixxu. Is-sabiħ ta’ dawn l-attivitajiet hija li tippromwovi l-prodott lokali, prodotti ġenwini u tajbin għas-saħħa u mkabbra f’pajjiżna bil-bżulija tal-bdiewa Maltin u Għawdxin u bil-metodu tradizzjonali.
Din l-attività tikkonsisti fi preżentazzjoni tal-irkotta kif kienet issir fl-antik ipparagunata mal-mod kif għadu jsir sal-ġurnata tal-lum flimkien ma’ prodotti oħra magħmula mill-irkotta, kif ukoll divertiment ieħor.
Attivitajiet bħal dawn jattendu għalihom ħafna nies u għalhekk is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jasal wasla sa dan ir-raħal li huwa veru sabiħ u filwaqt li jduq dawn il-prodotti lokali, iħajjar lil ħaddieħor jagħmel l-istess.
PR141001a.pdf
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en