Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GEORGE VELLA F’LAQGĦA MAL-MINISTRU INGLIŻ GĦALL-COMMONWEALTH HUGO SWIRE

pr140994
Date Icon 08/05/2014

Il-Ministru għall-affarijiet barranin Dr. George W. Vella kellu laqgħa mal-Ministru Ingliż għall-uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth, Hugo Swire.  Waqt il-laqgħa, l-Ministru Swire qal li jemmen li Malta se jirnexxielha tagħti tifsila ġdida lis-summit tal-mexxejja tal-Commonwealth, meta jiġi organizzat f’Malta s-sena d-dieħla. 

Minbarra li tkellmu fuq il-Commonwealth, il-Ministru Dr. George Vella u l-Ministru Hugo Swire tkellmu wkoll fuq diversi ġrajjiet kurrenti fil-qasam tal-affarijiet barranin fosthom is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u l-impatt fuq l-istabilità u s-sigurtà fl-Ewropa.   Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll fuq ir-reġjun tal-Afrika ta’ Fuq b’mod partikolari s-sitwazzjoni fil-Libja, l-immigrazzjoni, u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.

Waqt il-laqgħa kienet imtennija r-relazzjoni b’saħħitha li hemm bejn ir-Renju Unit u Malta. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow