SFIDI AMBJENTALI LI GĦANDHOM JISSARRFU F'OPPORTUNITAJIET EKONOMIĊI BEJN MALTA, L-LIBJA U T-TUNIŻIJA - LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
Pajjiżna u l-pajjiżi ġirien fi-ħdan il-Maghreb: il-Libja u t-Tuniżija għandhom quddiemhom sfidi ambjentali li jistgħu jissarfu f'opportunitajiet ekonomiċi bejniethom stess. Xi ħaġa li permezz tagħha tispiċċa tissaħħaħ u titkattar il-kooperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran innifsu. Dan qalu dalgħodu il-Ministru Leo Brincat meta kien qed jagħmel keynote address fil-ftuħ tal-MALTA-TUNISIA-LIBYA BUSINESS TO BUSINESS NETWORKING FORUM 2014 organizzat mill-ECONOMIC UPDATE ġewwa Smart City Malta.
Il-Ministru Brincat qal li l-istess kif ilu jagħmel is-settur privat ġewwa pajjiżna stess, b'sinerġija bejn l-ambjent u l-ekonomija għandhom igawdu t-tlett pajjiżi kkonċernati.
Huwa qal li bl-esperjenza tal-klassi intraprenditorjali Maltija flimkien mal-expertise li teżisti f'pajjiżna u anki grazzi għax-xibka siewja ta’ kuntatti ma’ għejjun barranin, dan il-proċess għandu jissaħħaħ fil-qasam tal-industrija nadifa.
Minkejja l-isfidi li t-transizzjoni qed iġġib magħha f'dawn il-pajjiżi ġirien u ħbieb tagħna, huwa kien jinsab fiduċjuż li diġà hemm biżżejjed interess sabiex pajjiżi bħal dawn jiġu pprovduti b'apparat għall-monitoraġġ tal-arja, purifikazzjoni tal-ilma, reċiklaġġ, trattament tas-sewage kif ukoll impjanti bħala ilqugħ għat-tniġġiż u anki għall-immaniġjar sostenibbli tal-iskart.
Il-Ministru Brincat qal li kien jinsab konvint li hekk kif tissaħħaħ l-istabbilità politika f'dawn il-pajjiżi, l-opportunitajiet sejrin joktru u jseħħu b'rata dejjem aktar mgħaġġla.
Huwa qal li dawn il-proposti jagħmlu sens anki minn aspett purament ekonomiku.
Bil-UNEP tal-Ġnus Magħquda litteralment lejliet li tinbidel f'Assemblea tal-Ambjent tal-Ġnus Maqgħuda, il-Ministru Brincat qal li kien jinsab konvint li kif dawn għenu fit-trasformazzjoni ta' pajjiżi oħrajn tal-Maghreb bħal Marokk, fejn tidħol enerġija u teknoloġija nadifa, l-istess jista’ jiġri anki bl-għajnuna ta' pajjiżna f'dan ir-rigward.
Il-Ministru Brincat offra sabiex f'pajjiżna jsiru work shops dwar l-ekonomija l-ħadra fuq livell ta' esperti u ta’ tekniċi ħalli dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jħaddnu u jħaddmu b-mod aktar effettiv l-aħjar prattiċi f'dawn is-setturi ġodda u innovattivi.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en
PR140991a.pdf