Left arrow Mur Lura

IL-QUEEN’S BATON F’MALTA

pr140984
Date Icon 07/05/2014

Il-Queen’s Baton se tkun fil-gżejjer Maltin bejn illum u għada bħala parti mit-tiġrija relay madwar id-dinja qabel il-Logħob tal-Pajjiżi tal-Commonwealth.

Atleti li qed iġġorru l-Queen’s Baton żaru fost l-oħrajn lill-Prim Ministru Joseph Muscat li feraħ lit-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo għas-suċċess miksub bir-rebħ ta’ midalja tal-fidda. Huwa feraħ ukoll lill-atleti li għamlu suċċess fis-snin li għaddew u li kienu preżenti għaċ-ċerimonja f’Kastilja fosthom Laurie Pace, rebbieħa tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth fl-1990 u William Chetcuti rebbieħ ta’ żewg midalji tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth tal-2002 u l-2006.

Dr. Muscat awgura kull suċċess lill-kontinġent Malti li se jieħu sehem fil-Commonwealth Games li se jsiru fl-Iskozja.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport is-Sur Chris Agius ukoll awgura lil-atleti Maltin għall-isfidi li se jkollhom quddiemhom u sostna li għalkemm Malta pajjiż żgħir l-atleti tagħha ghandhom qalb kbira.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow