IL-MINISTERU TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U L-AMBJENT GĦANDU KO-ORDINATUR DIRETTAMENT RESPONSABBLI GĦAT-TKATTIR TAL-EKONOMIJA L-ĦADRA - IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA, LEO BRINCAT
Meta żar il-Green Expo organizzata mill-KSU fil-Campus tal-Universita' wara li ra l-esebiti, tkellem u ltaqa’ mal-uffiċjali tal-KSU li kienu responsabbli għall-organizazzjoni ta' din l-attivita’, il-Ministru Leo Brincat qal li l-Ministeru tiegħu flimkien ma’ dak tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qegħdin jieħdu bis-serjeta' u b'impenn l-inkarigu li ngħataw mill-Kabinett sabiex ikattru l-Ekonomija l-Ħadra fil-pajjiż bil-għan li joktru il-green jobs f'pajjiżna.
Il-Ministru Brincat qal li fid-dawl tal-impenn tal-Gvern, matul din is-sena għandhom jitfasslu kemm strateġija nazzjonali dwar l-Ekonomija l-Ħadra kif ukoll pjan ta’ azzjoni dwar il-green jobs. Sa minn meta nbeda l-proċess ta' konsultazzjoni bl-għajnuna ta' diversi esponenti barranin, fosthom tal-Gvern Irlandiż, il-Ministeru ħatar bħala ko-ordinatur għal dan il-proġett, konsulent ewlieni tal-Management Efficiency Unit, li xogħlu huwa li jara li dawn il-pjani li jitolbu ħidma u ko-operazzjoni inter ministerjali kif ukoll tal-istakeholders ewlenin jitwettqu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en