IL-MINISTRU GĦAT-TURIZMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS INIEDI SEMINARS DWAR DIVERSI ATTIVITAJIET KULTURALI U EDUKATTIVI
‘Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu aktar flimkien biex tinħoloq ‘Mediterranean brand’ għat-Turizmu’
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Franza fil-Birgu, il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis flimkien mall-Akkademja Mediterranja tal-Kultura, Turiżmu u Kummerċ (MACTT) u l-Kunsill Lokali tal-Birgu nedew Seminars dwar diversi attivitajiet kulturali u edukattivi li se jkunu miftuħin għal studenti min nazzjonijiet diversi, u għalhekk tippromwovi wkoll aktar turiżmu lejn xtutna.
‘Malta ġiet magħzula minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha fil-qalb tal-Mediterran, fejn grazzi għal din il-pożizzjoni kompettitiva se jkunu qed jinħolqu iktar opportunitajjiet ta’ kummerċ. Ta' min jgħid li dawn is-seminars ser ikunu l-ewwel tip tagħhom li ser jinżammu fil-gżejjer Maltin’ sostna il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis.
‘Il-Mediterran huwa globalment rikonoxxut bħala l-benniena taċ-ċivilizazzjoni. Sfortunatament, matul dawn l-aħħar ħamsin sena ir-regjun zviluppa li jressaq lejh turizmu fl-istagun tas-sajf, permezz tax-xemx, tal-baħar u r-ramel, milli ikkapitalizza fuq l-istorja millenarja taz-zona tal-Mediterran’ żied il-Ministru ghat-Turiżmu.
‘Huwa għalhekk li rridu nghatu mportanza kbira lil-pajjiżi tal-Mediterran’, żied Dr. Zammit Lewis ‘li filwaqt ghandhom jahdmu flimkien u jagħrfu r-rwol krucjali taghhom li t-turiżmu kulturali għandu jkollu il-preservazzjoni tad-diversità reġjonali kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-pajjiżi’.
Għal dawn l-aħħar snin, Malta kienet attiva ħafna fl-iżvilupp u l-promozzjoni tat-turiżmu kulturali tagħha. Fost ohrajn dan wassal biex Malta tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq it-turisti li jkollhom bagit baxx, li jfittxu b’mod specjali lil Malta bhala destinazzjoni ghal-bajjiet sbieħ tagħha. It-Turiżmu kulturali jgħin lil pajjizna biex ngħelbu il-problema tal-istaġjonalità, saħansitra li ħafna operaturi tas-settur turistiku jibqaw joperaw madwar is-sena kollha. Dan ikompli jsaħħaħ il-profil ta’ Malta bħala destinazzjoni ghal-Turizmu kulturali, sostna Dr. Zammit Lewis.
Il-Ministru ghat-Turiżmu saħaq li destinazzjoni turistika tirnexxi jekk is-setturi kulturali u dak turistiku jaħdmu mill-qrib ma xulxin, fi sħubija biex tigi żgurata esperjenza ta' kwalità. Hemm firxa wiesgża ta’ attrazzjonijiet kulturali li t-turisti jistgħu jgawdu, iżda ma dan irrid jiġi offrut wkoll akkomodazzjoni ta l-għola livell, attivitajiet għat-turisti fost l-oħrajn.
Il-Ministru Dr. Zammit Lewis irringrazja lil Kunsill tal-Birgu li ha l-inizjattiva fejn se jkun qed jiġbed lejh aktar turiżmu. ‘Din hija opportunita għal Malta fejn studenti barranin jigu jitħarrgu f’Malta u b’hekk jikkontribwixxu għal ekonomija tal-pajjiz. Dan jorbot mal-impenn tal-Gvern beix ikompli jahdem biex izzid l-accesibilita’ ta’ Malta. Il-viżjoni prinċipali tal-Gvern hija biex inkomplu nżidu t-turisti f’pajjiżna matul is-sena kollha’ , temm jgħid Dr. Edward Zammit Lewis.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en