Left arrow Mur Lura

DISKUSSI R-RELAZZJONIJIET BEJN MALTA U Ċ-ĊINA

pr140979
Date Icon 07/05/2014

Ir-relazzjonijiet attwali bejn Malta u ċ-Ċina u l-prospetti għal tisħiħ akbar kienu fuq l-aġenda tal-laqgħa bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniz Wang Chao.

Il-Prim Ministru wera s-sodisfazzjoni tiegħu kif fi ftit xhur intlaħaq ftehim importanti bejn iż-żewġ pajjiżi l-aktar fil-qasam tal-enerġija. Dr Muscat semma li hemm idejat, kunċetti u possibiltajiet oħra li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jitkellmu dwarhom. Għalhekk iż-żjara tal-viċi Ministru f’Malta waslet fil-ħin opportun biex jkomplu taħdidiet dwar dan.

 Il-Viċi Ministru Ċiniż semma s-snin twal ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi f’diversi oqsma. Huwa qal li issa ż-żewġ naħat għandhom jżidu l-oqsma ta’ koperazzjoni bejniethom għal ġid taż-żewġ popli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow