Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B'DIŻABILITA' U ANZJANITA' ATTIVA

pr140977
Date Icon 07/05/2014

Risposta għal Simon Busuttil

Is-Segretarju Parlamentari tinnota li l-Oppożizzjoni wara li kienet ilha 25 sena fil-gvern u  kellha kull opportunità li twettaq dak li temmen fih, issa intebħet li kien hemm bżonn ta’ aktar ħarsien għall-min għandu xi xorta ta’ Diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari tassigura li dan il-ħarsien ser jingħata mhux biss bil-kliem iżda anke bil-fatti. Tul iż-żmien li ġej ser jitwettaq programm intensiv favur min għandu kull xorta ta’ Diżabilità, u dan fid-dawl tal-Manifest Elettorali li kien fassal il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali, kif ukoll fid dawl ta’ sensiela ta’ liġijiet pjanati għaż-żmien li ġej. Ta’ min jistaqsi x’kienet ir-raġuni għalfejn ma saritx mal-emendi kostituzzjonali li saru ftit ilhu.


Għalhekk, filwaqt li tiżgura aktar impenn favur dawk li għandhom xi forma ta’ diżabilità, kull proposta li tista’ ttejjeb il-qagħda u il-kundizzjoni ta’ persuni b’diżabilità tkun dejjem ikkunsidrata. Dan hu Gvern li jisma’ , u jiġu mnejn jiġu proposti ser ikunu ikkunsidrati bil-qies u priorità li jixraqilhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow