IL-MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR, DR. CHRIS CARDONA, JIPPREŻENTA L-PREMJIJIET TAL-PREMJU NAZZJONALI GĦALL-APPOĠĠ LILL-INTRAPRIŻA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona illum preżenta l-premjijiet tar-raba’ edizzjoni tal-Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lill-Intrapriża waqt ċerimonja f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Waqt din il-premjazzjoni kienu ppremjati dawk l-entitajiet li ġew iddikjarati rebbieħa mill-Kumitat ta’ Selezzjoni bil-proġetti rispettivi tagħhom favur l-intraprenditorija.
Il-Ministru Cardona spjega kif dan il-Premju jirrikonoxxi u jippremja inizjattivi li jappoġġaw lill-imprenditorija u li dan il-Premju għandu iservi wkoll biex jitqajjem għarfien dwar l-intrapriża u biex kull min huwa eliġibbli biex jikkompeti, ikollu inċentiv ieħor biex ikun kreattiv fl-inizjattivi li jieħu biex jitkattar is-settur kummerċjali.
Dr. Cardona saħaq li l-għan ta’ din l-inzjattiva imur id f’id ma l-impenn tal-Gvern li jagħti attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tan-negozji ż-żgħar meta jkun qiegħed jikkonsidra proġetti li jixprunaw l-ekonomija. Il-Ministru Cardona qal li t-tkabbir tal-ekonomija – kemm dik lokali kif ukoll dik Ewropea – jiddependi ħafna fuq l-operat ta’ dawn l’intrapriżi u għalhekk il-Gvern ma jistax ma jappoġġjax kompetizzjonijiet bħall-dawn.
Il-Ministru Cardona spjega kif l-Applikazzjonijiet għal parteċipanti li riedu jikkompetu għal dan il-Premju kienu miftuħin għall-Kunsilli Lokali f’kategorija għalihom u kategorija oħra li kienet miftuħa għal entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet nazzjonali, public-private partnerships u organizzazzjonijiet tan-negozju.
“U hawnhekk nieħu l-opportunità mill-ewwel sabiex nenfasizza r-rwol li għandhom il-Kunsilli Lokali fil-lokalità tagħhom sabiex jinkoraġġixxu t-tkabbir ta’ aktar negozji, kif ukoll sabiex b’ideat innovattivi joħolqu inizjattivi li bihom ikunu instigaturi fil-qasam tan-negozju u jieħdu ħsieb li jikkreaw bilanċ bejn is-sidien tan-negozju, r-residenti u l-konsumaturi,” kompla jgħid il-Minstru Cardona.
Il-Ministru Cardona esprima is-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li fost l-applikanti kien hemm ukoll Kulleġġ u inkoraġġixxa kulleġġi u skejjel oħra biex jieħdu interess u jipparteċipaw f’din l-inizjattiva għaliex f’livelli differenti tas-sistema edukattiva tagħna isir ħafna xogħol relatat mal-intraprenditorija minn u fost l-istudenti u l-għalliema tagħhom. Dr. Cardona saħaq ukoll l-importanza ta’ skemi li qed iniedi l-Gvern sabiex jiġu msaħħa l-ħiliet intraprenditorjali fl-iskejjel.
“Huwa importanti li t-tfal jiġu esposti għal-ħiliet intraprenditorjali, filwaqt li l-għażla li tkun sid ta’ negozju għandha tiġi meqjusa wkoll bħala karriera. Proġetti bħal dawn jgħinu sabiex l-istudenti jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet kreattivi tagħhom kif ukoll jiġu esposti għad-dinja tax-xogħol,” qal il-Ministru Cardona.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en