Left arrow Mur Lura

IR-REĠINA ELIŻABETTA T-TIENI TAWGURA LILL-PRESIDENT TA’ MALTA GĦALL-ĦATRA TAGĦHA

pr140971
Date Icon 06/05/2014

F’dawn l-ewwel ġimgħat tal-Presidenza komplew jaslu aktar ittri ta’ awguri, fosthom mingħand ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni.

Filwaqt li r-Reġina awgurat lill-President Marie-Louise Coleiro Preca għall-ħatra tagħha nhar l-4 ta’ April li għadda, sostniet li r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi huwa b’saħħithom.

Saħqet li din ir-relazzjoni se tibqa’ tissaħħaħ matul din il-Presidenza hekk kif Malta tospita lill-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth fl-2015 kif ukoll il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017.

Awguri oħra waslu mid-Direttur Generali tal-UNESCO Irina Bokova li ddeskriviet il-ħatra tagħha bħala waħda storika hekk kif Malta issa għandha t-tieni mara bħala Kap tal-Istat.

Hija wriet il-konvinzjoni tagħha li l-kooperazzjoni li teżisti bejn Malta u l-UNESCO se tkompli tiżdied fiż-żmien li ġej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow