Left arrow Mur Lura

L-UNIFORMIJIET FL-ISKEJJEL STATALI SE JIBQGĦU, IŻDA SE JKUNU IRĦAS U TA’ KWALITÀ AĦJAR

pr140969
Date Icon 06/05/2014

Matul l-2013 il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għamel stħarriġ mal-ġenituri u studenti tal-iskejjel statali fejn ġew mistoqsija jekk jixtiequx xi tibdil fl-uniformijiet tal-iskola.

Filwaqt li persentaġġ qawwi kien favur li l-uniformijiet jibqgħu jintużaw, inħass illi l-prezz ta’ sett sħiħ ta’ uniformi kien piż mhux zgħir għal familja medja. 


Minħabba f’hekk, il-Ministeru beda l-proċess tan-negozjar tal-kwalità u prezz tal-uniformijiet mas-suppliers wara sejħa pubblika.

Il-ġimgħa l-oħra l-proċess ta’ negozjar spiċċa u r-riżultat finali huwa li l-prezzijiet tal-uniformijiet tal-iskejjel statali se jorħsu b’10%, ekwivalenti gżal mhux anqas minn medja ta’ €20 kull Kulleġġ, filwaqt li l-kwalità u d-disinn tal-uniformijiet ser jibqa’ kif kien u f’xi każijiet, jitjieb ukoll.  Kif wieħed jara, dan ir-roħs huwa kunsiderabbli meta paragunat mal-ftehim tal-2011.

Dan il-ftehim ta’ approved supplier se jkun validu għal ħames snin u meta wieħed jikkunsidra n-nefqa li l-ġenituri jridu jiffaċċjaw kull sena dan se jirrizulta f’roħs sostanzzjali.

L-identità tal-Approved Supplier li l-Ministeru jirrakkomanda li jintuża mill-ġenituri għax-xiri tal-uniformijiet ser titħabbar appena l-perjodu ta’ 7 t’ijiem kif ipprovdut fir-Redress Procedure tgħaddi.

Punt importanti li jrid jingħad fir-rigward ta’ dan il-proċess huwa li għal darba oħra l-Ministeru uża l-proċess ta’ procurement imsejjaħ negotiated contract fejn ir-rebbieħ ta’ kuntratt ma jkunx dak li jagħti l-aħjar prezz u kundizzjonijiet meta jinfetħu l-ewwel darba l-offerti iżda jkun hemm ukoll proċess ta’ negozjar.  Ingħatat l-akbar attenzjoni biex il-proċess ikun isegwi l-aħjar prattika amministrattiva, bl-akbar fairness, trasparenza u kontabilità, u jkun wieħed li jinkoraġixxi n-numru massimu ta’ parteċipanti fl-offerti biex ir-riżultat aħħari jkun award ibbażat biss fuq il-kriterju waħdieni ta’ l-aħjar valur għal flus li ser jonfqu il-klijenti tagħna, il-ġenituri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow