IL-KOPERATTIVI SOĊJALI JGĦINU FIL-ĠLIEDA KONTRA L-PREKARJAT – IL-MINISTRU CARDONA
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intarpriżi Żgħar, Dr Chris Cardona indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnedied uffiċjalment l-Omnicare Cooperative Ltd.
Il-Ministru Cardona tkellem dwar l-ħtieġa li nerġgħu nibdew nippromwovu l-mudell tal-koperattivi. Dan għaliex dan is-settur għal diversi raġunijiet u għal snin twal kien issottovalutat f’pajjiżna.
L-effett tal-koperattivi huwa sostanzjali. Lokalmet dan is-settur jiġġenera turnover medju ta’ 70 miljun ewro fis-sena u fuq livell Ewropew il-koperattivi jimpjegaw 5.4 miljun ħaddiem f’oqsma bħal IT, finanzi, trasport u agrikultura.
“F’Malta wasal iz-zmien li nerġgħu nibdew nippromwovu l-mudell tal-koperattivi. Dan għaliex mhux biss għandhom potenzjal kbir fit-tkattir tal-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol, imma wkoll għaliex huma mezz effikaċi ta’ kif nindirizzaw il-prekarjat f’diversi setturi” saħaq il-Ministru Cardona.
Il-Gvern huwa konvint li l-koperattivi jistgħu jkunu mudell etiku, soċjalmet ġust u alternattiv ta’ kif wieħed jista’ jaqbad it-triq tal-imprenditorija. Il-Ministru Cardona qal li l-Koperattivi soċjali huwa mudell ta’ koperattivi li l-Gvern jixtieq jara li jkun zvillupat aktar f’pajjiżna. Dawn huma koperattivi li għandhom l-għan li jipprovdu servizzi fis-soċjeta bħal child care, ħarsien tal-anzjani kif ukoll li jintegraw persuni ma’ jaħdmux lura fis-suq tax-xogħol.
Omnicare Cooperative Limited hija l-ewwel koperattiva soċjali f’Malta. Din hija koperattiva li twaqqfet mill-ħaddiema għal ħaddiema. Għandek ħaddiema ġejjin minn diversi setturi fosthom dak tas-sigurtà, health care, cleaning, human resources u IT.
“Il-ħaddiema f’uħud minn dawn l-oqsma, sfortunatament fl-aħħar snin, kienu vittma ta’ kundizzjonijiet prekarji, liema kundizzjonijiet dan il-Gvern sa mill-bidu ra kif għamel biex jibda jindirizzhom” saħaq il-Ministru Cardona.
Huwa sostna li l-prinċipju fundamentali ta’ Omnicare huwa propju dak li tgħati l-kontribut tagħha f’din il-ġlieda kontra l-prekarjat. Permezz tal-koperattivi l-ħaddiema jieħdu kontroll ta’ ħajjithom u jieqfu kontra l-inġustizzji li ħoloq il-prekarjat.
Il-Ministru Cardona qal li jeħtieġ lis-settur tal-koperattivi jittieħed fil-livell li jmiss, għax għalkemm matul is-snin in-numru ta’ koperattivi żdied hemm ħafna aktar setturi fejn il-mudell tal-koperattivi jista’ jkun applikat b’suċċess.
L-aktar promozzjoni effettiva hija dik li nwasslu lil pubbliku l-istejjer ta’ suċċess miksuba mill-koperattivi li joperaw f’setturi varji.
Is-suċċess li qed tagħmel Omnicare għandu jservi ta’ promozzjoni għal dan is-settur u filwaqt li faħħar il-ħidma mwettqa minn din il-Koperattiva, rringrazzjom li ngħaqdu mal-Gvern, mal-Unions u ma’ dawk kollha li jridu jindirizzaw il-problema serja tax-xogħol prekarju.
Il-Ministru Cardona temm jgħid li dan il-Gvern huwa determinat li jġieb mhux biss bidliet ekonomiċi fil-pajjiż, imma wkoll soċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en