Left arrow Mur Lura

FTUĦ UFFIĊJALI – UFFIĊJU DISTRETTWALI ŻURRIEQ

pr140963
Date Icon 05/05/2014

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fetaħ uffiċjalment l-Uffiċju l-ġdid tas-Sigurtà Soċjali taż-Żurrieq illum it-Tnejn 5 ta’ Mejju.  Dan il-ftuħ serva bħala komemorazzjoni tal-ġimgħa ta’ Ġustizzja Soċjali.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal li b’kollox hawn 23 uffiċju distrettwali, 21 minnhom f’Malta. Dawn għandhom isservu bhala l-vettrina tad-Dipartiment sabiex tingħata l-għajnuna u n-nies ma jkolliex għalfejn toħroġ mill-belt jew raħal fejn tgħix. Hu qal wkoll illi hemm il-ħsieb li jiżdiedu dawn is-servizzi f’dawn l-Uffiċji Distrettwali.

Attenzjoni u Kura anke wara li l-addict itemm il-programm

Il-Gvern huwa kommess li jaħdem bis-serjetà mal-persuni li jaqgħu vittmi tad-droga u dawk kollha li jaħdmu magħhom, tant li minbarra l-kura li tingħata permezz tal-programmi ta’ riabilitazzjoni, qed iħejji biex jibda jipprovdi monitoraġġ u għajnuna lil dawk li jtemmu b’suċċess dawn il-programmi.

Il-Gvern huwa konxju tal-ispiża meħtieġa sabiex klijent/a jirċievi l-kura b’suċċess għal perjodu ta’ żmien sa ma jaqta’ l-addizzjoni. Spiża li mhux qed tagħti r-riżultati meħtieġa speċjalment meta l-klijent/a jirrilapsja u jkollu jerġa’ mill-ġdid jidħol jagħmel il-programm ta’ riabilitazzjoni.

“Għaldaqstant,” kompla l-Ministru Farrugia, “issa rridu nimxu pass ieħor ’il quddiem fejn nikkonsolidaw l-isforz tal-persuna milquta bl-addizzjoni flimkien mal-persuni li għenuha tul il-programm – u dan billi hekk kif ittemm il-programm, tibqa’ tirċievi servizz ta’ wara l-kura (after care) minn persuni mħarrġa. Dan sabiex il-persuna li kienet addict ikollha l-għajnuna kollha possibbli jekk jista’ jkun fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum biex sa fejn hu possibbli, iżżomm il-bogħod mill-vizzju tad-droga u hekk ma terġax taqa’ u tisfa vittma.”

Il-Ministru qal wkoll illi ser issir evalwazzjoni ta’ dawk li joħorġu mill-programm b’suċċess, x’sapport għandhom min-naħa tal-familja tagħhom u gwida, taħriġ jew edukazzjoni fejn persuna ma jkollix impjieg.

Awtorità flok Fondazzjoni li taħdem fost in-nies

Huwa l-ħsieb li fl-inqas żmien possibbli titfassal u tibda tinħadem aħjar dik li sal-ġurnata ta’ llum hija magħrufa bħala l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, (FSWS). Bħal issa din il-Fondazzjoni tiġbor fiha s-Sedqa, l-Appoġġ u s-Support. Xieraq għalhekk li tidħol ir-raba’ kolonna li fuqha l-Awtorità l-ġdida trid tissaħħaħ sabiex ikollna politika soċjali inklussiva. Dan se jsir bil-għan li nifirxu l-għajnuna u l-kura fil-Komunità.

Jeżisti lok għal ristrutturar biex jinqata’ d-dupplikazzjoni tax-xogħol, jitkejlu l-ħtiġijiet tan-nies li mhumiex numri iżda individwi, u fuq kollox ikun hemm diċentriliżazzjoni ħalli nersqu lejn in-nies u naħdmu fil-qalba tar-raħal jew belt fejn hemm in-nies fil-bżonn.   Il-Ministru qal, “Aħna nemmnu li kull persuna għandha l-ħtiġijiet li mhux bilfors japplikaw għal persuna oħra – għalhekk nemmnu li s-servizz mogħti mis-social workers għandu jkun wieħed personalizzat.”

Il-Ministru Michael Farruġia qal wkoll li wasal iż-żmien biex jingħata bidu għal wegħda eletorrali oħra rigward numru ta’ persuni li kienu fil-korpi u ex-dockyard (Tarzna). Bdiet ħidma sabiex jaraw il-persuni milquta kif wkoll x’forma ta’ kumpens ser jingħata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow