Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA L-ABBOZZ TA’ STANDARDS NAZZJONALI GĦAL DJAR GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ – RESIDENZI GĦAL TUL TA’ ŻMIEN

pr140961
Date Icon 05/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva,  Justyne Caruana illum nediet Abboz ta’ Standards Nazzjonali għal Djar għall-Persuni b’Diżabilità għar-Residenzi għal tul ta’ żmien. Dan l-Abboz huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika, liema konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-5 ta’ Ġunju.

Il-Konferenza tal-Aħbarijiet kienet organizzata b’mod differenti fejn kien hemm wirja ta’ xogħlijiet li l-Persuni b’Diżabilità jagħmlu fil-ħin li jqattgħu ta’ kuljum fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Fost ix-xogħol li kien hemm kien hemm xogħol ta’ Mużajk, ta’ fuħħar u  ta’ għamara fost oħrajn. Preżenti kien hemm ukoll Anzjani mir-Residenza San Vinċenz de Paul b’xogħol ta’ Ganutell.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li bħalma tħabbar fis-Seminar Konsultattiv dwar il-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, illum qegħdin hawn għal pass importanti fid-direzzjoni t-tajba f’dan il-qasam tant sensittiv. Ħabbret li llum qegħed jitnieda set ta’ Standards għall-konsultazzjoni pubblika fl-għoti ta’ servizzi kemm għal min qiegħed jirċievi dawn is-servizzi kif ukoll għal min joffri dawn is-servizzi.

Żiedet tgħid li f’pajjiżna qatt ma kellna stabbiliti standards fl-ebda qasam tal-għoti tas-servizzi fil-qasam tad-diżabilità. “Dan għalhekk huwa l-ewwel pass li l-quddiem nixtieq li nespanduh u nifirxuħ anke għas-servizzi fil-komunità.”

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żiedet tgħid li l-Gvern beda jaħdem fuq Strateġija Nazzjonali f’dan il-qasam biex il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda, iffirmata f’Novembru 2012, ma tibqax fuq il-karta imma tigi implimentata. Hija żiedet tgħid li aktar il-quddiem is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ser ikun qiegħed jagħti iżjed dettalji rigward l-istrateġija Nazzjonali u dwar il-hidma tal-‘focal point’ li ghandna fis-Segretarjat ghall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda.

Is-Segretarjat Parlamentari jħabbar li l-Konsultazzjoni Pubblika bdiet uffiċjalment mill-lum. Wieħed jista’ jikseb kopja ta’ dan l-abbozz mis-sit uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari, www.activeageing.gov.mt.

Wieħed jistà jagħti l-kontribut tiegħu billi jibgħat email fuq disabilityresidences.mfss@gov.mt jew jibgħat bil-posta fuq l-indirizz:  Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow