Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr140957mt
Date Icon 05/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014 

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fis-7 ta’ April, 2014, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità jew id-Dokument tar-Residenza biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

mill-Ġimgħa 9 ta’ Mejju sas-Sibt 17 ta’ Mejju, 2014 (inkluż il-Ħadd 11 ta’ Mejju):

bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm 

Is-Sibt 17 ta’ Mejju, l-aħħar jum, il-ħin tal-għeluq ikun estiż sal-10.00 pm 

Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet ta’ Iklin, Lija, Marsaskala,  Pembroke, Ta’ Xbiex u Fontana, d-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.  Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza.   L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.

Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow