Left arrow Go Back

SER IKUNU KUNTRATTATI INIZJATTIVI B’VALUR TA’ € 1.3 MILJUN MILL-PROGRAMM LEADER

pr140955
Date Icon 05/05/2014

“Fil-jiem li ġejjin ser ikunu  qed  jiġu kuntrattati l-proġetti u  l-inizjattivi li ser ikunu qed jiġu mwettqa mill-gruppi ta’ azzjoni lokali permezz ta’allokazzjoni mill-Programm ta’ finanzjament ewropew Leader li tammonta għal madwar €1.3 miljun.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qed jindirizza l-ewwel laqgħa mac-Chairpersons u Managers  tat-tlett gruppi ta’ azzjoni li huma responsabbli mill-ġestjoni ta’ dawn il-fondi – Xlokk, Majjistral u Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ din l-allokazzjoni ser jkunu qed jibbenefikaw sitt NGOs, 12 il-intrapriża żgħira u medja u 12 il-Kunsill Lokali li jaqgħu fir-reġjuni tal-gżejjer Maltin li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Dawn is-sejħiet saru matul ix-xhur li għaddew u issa tlesta il-proċess sħiħ ta’ għażla.

B’dawn il-fondi tenna Dr. Borg ser ikunu qed jiġu mwettqa diversi proġetti fosthom:

·         Titjib fi trejqiet tal-irħula rurali f’dawn ir-reġjuni.

·         Titjib fl-infrastruttura tal-għaqdiet mhux governattivi b’inizjattivi favur turizmu sostenibbli.

·         Għajnuniet lill-intrapriżi żgħar u medji sabiex ikunu jistgħu jippromwovu aħjar il-prodott tagħhom.

Donald Aquilina Senior Manager fl-Awtorita ta’ Ġestjoni għall-Fondi u Programmi ta’ spjegazzjoni ta’ kif jaħdem il-programm Leader li jagħmel parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Huwa qal li tlett gruppi ta’ azzjoni Gal Xlokk, Gal Majjistral u l-Gozo Action Group  għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti.

L-allokazzjoni għal dan il-programm bejn l-2014 u l-2020 sejra tkun ta’ €6.6 miljun li tfisser żieda ta’ €2.8 miljun fuq l-allokazzjoni li kopriet il-perjodu 2007-2013.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow