DELEGAZZJONI TEKNIKA ŻŻUR IL-ĠERMANJA FUQ IL-PROBLEMI TAL-KWALITÀ TAL-ARJA FUQ INIZJATTIVA TAL-MINISTRU TAL-AMBJENT
Fuq inizjattiva tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, bħalissa tinsab fil-Ġermanja delegazzjoni teknika komposta minn uffiċjali tal-Ministeru nnifsu, tal-MEPA u ta’ Transport Malta bħala mistednin tal-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ambjent u l-Konservazzjoni tan-Natura bil-għan li n-naħa Maltija tiġi aġġornata dwar l-aħħar żviluppi biex tikkumbatti l-problemi tal-kwalità tal-arja.
Dan sar bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Ambaxxata Ġermaniża f’pajjiżna.
Is-sena li għaddiet, il-Ministru Brincat kien stieden Malta espert ewlieni tal-Gvern Ġermaniż fil-kwalità tal-arja li kellu taħdidiet f’pajjiżna f’dan l-istess qasam.
Id-delegazzjoni Maltija mistennija fost affarijiet oħra tiġi aġġornata dwar l-aktar metodi moderni kif jitħejjew pjani dwar il-kwalità tal-arja, bdil ta’ ideat dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk li jissejħu Low Emmissions Zones, kif ukoll dwar dak kollu li huwa meħtieġ biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-immaniġġjar tal-problemi tal-kwalità tal-arja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en