Diskussjonijiet ma’ kumpaniji tal-awditjar bil-għan li l-Palazz ta’ San Anton jiġi żviluppat f’kumpless
Matul l-inawgurazzjoni tar-riġenerazzjoni tal-Misraħ ta’ Ħal Balzan il-Ħadd filgħaxija, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li bdew diskussjonijiet ma’ kumpaniji ewlenin tal-awditjar biex jiġi żviluppat business plan għall-iżvilupp tal-Palazz ta’ San Anton f’kumpless, fejn il-familji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu japprezzaw il-patrimonju kbir li dan il-Palazz joffri.
B’dan l-iżvilupp it-tfal Maltin u Għawdxin ikun jista’ jkollhom aktar spazji fejn jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Dan il-business plan huwa maħsub ukoll biex iressaq aktar turisti fiż-żona biex tinħoloq attivita’ ekonomika ġdida, bil-għan li jkunu jistgħu jinkisbu fondi biex dan il-wirt storiku jkun jista’ jiġi restawrat ħalli l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom l-opportunita’ li jgawdu l-patrimonju ta’ missirijietna.
Il-pjan għal Palazz ta’ San Anton imur id f’id mal-ħidma kbira li l-Kunsill ta’ Ħal Balzan wettaq bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej biex jiġġenera l-qalba ta’ dan ir-raħal storiku kif ukoll biex jiżviluppa heritage trail li għandu jwassal għal żieda fin-numru ta’ turisti fl-akwati u b’hekk il-wirt storiku u kulturali fiż-żona jikkontribwixxi għar-riġenerazzjoni kummerċjali u ekonomika.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en