Left arrow Go Back

​Il-MINISTRU TAL-AMBJENT JENFASIZZA DWAR L-IMPORTANZA TAL-WASTESERV FIL-PJAN TAL-IMMANIĠĠJAR SOSTENIBBLI TAL-ISKART

pr140949
Date Icon 03/05/2014

Il-Ministru Leo Brincat waqt il-Wasteserv Open Weekend – Sant’ Antnin Treatment Plan Marsascala

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat saħaq li Wasteserv Malta għandha sehem ta’ importanza kbira, kemm bħala rwol li tħaddan kif ukoll bħala stakeholder maġġuri fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Strateġija tal-Immaniġġjar tal-Iskart u l-Pjan sabiex jitnaqqas dan l-iskart.

Sabiex ikun żgurat li t-tħaddim ta’ impjanti tal-Wasteserv eżistenti u dawk futuri jkunu suċċess, il-Wasteserv hi kommessa li bħala membru mill-istakeholders group tal-Gvern, tiżgura li dawn l-impjanti jkollhom source seperated organic waste. Hu fl-interess tal-Wasteserv infisha li tgħin u tippromwovi aktar is-separazzjoni tal-iskart ta’ plastik, karta, metall u ħġieġ kemm f’livell domestiku kif ukoll li tinkoraġixxi t-tnaqqis tal-iskart imħallat.

Il-Ministru Leo Brincat saħaq li Wasteserv Malta se tagħti l-kontribut sħiħ tagħha sabiex dan it-tibdil ta’ ristrutturar tant meħtieġ iseħħ u jiġi konkluż sal-aħħar tas-sena d-dieħla. B’hekk ikunu ntlaħqu  l-miri stabbiliti biex jitlesta l-impjant tal-Malta North MBT magħrufa bħala Tal-Għallis.

Il-Ministru Brincat temm id-diskors tiegħu billi qal li minn naħa tiegħu il-Gvern hu marbut li, wara konsultazzjonijiet illi kellu, laqgħat mal-istakeholders u l-introduzzjoni ta’ kampanja edukattiva b’saħħitha għandhom jiżguraw titjib fil-kwalità tal-iskart diretti lejn il-faċilitajiet tal-Wasteserv infushom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow