Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS IŻUR L-ISTITUT TAL-ISTUDJI TURISTIĊI (ITS)

pr140942
Date Icon 02/05/2014

L-ITS għandu funzjoni importanti sabiex isostni l-aqwa industrija ta’ pajjiżna bit-Turizmu

Waqt iż-żjara tiegħu fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (l-ITS), il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis qal li dan għandu funzjoni importanti ħafna fl-iżviluppi edukattiv u ekonomiku ta’ pajjiżna għax jipprepara u jħarreġ ħafna studenti żgħażagħ kif ukoll adulti biex issostnu waħda mill-aqwa industrija  ta’ pajjiżna.

“It-turiżmu jikkontribwixxi ‘l fuq minn ħamsa u għoxrin fil-mija tal-prodott gross domestiku Malti u jħaddem eluf ta’ nies f’kull qasam ta’ xoghol u f’setturi varji relatati tal-ekonomija,” qal il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis.

Il-futur tas-settur turistiku Malti  jiddependi mill-kwalità u l-impenn tan-nies li jaħdmu fih jgħid il-Ministru għat-Turiżmu filwaqt li l-ħiliet u t-taħriġ li jakkwistaw l-istudenti li joħorġu mill-ITS jawguraw tajjeb għal industrija turistika Maltija b’saħħitha li tħares ‘l quddiem b’ottimiżmu lejn futur sod u aħjar.

Dan għandu jitlob li l-istudenti kif ukoll l-istaff akkademiku juru dedikazzjoni u passjoni lejn l-istudji u x-xogħol tagħhom biex it-taħriġ u l-professjonalità tal-workforce tkun tal-ogħla kwalità.  B'hekk it-turiżmu Malti jikber u jilqa’ l-isfidi kontinwi f'dinja ferm iktar kompetittiva minn qatt qabel.

Dr Edward Zammit Lewis jinsab sodisfatt ħafna li din is-sena n-numru ta’ studenti godda iżjed minn irdoppja fuq is-snin ta’ qabel biex issa jlaħħaq madwar 800 student full-time, barra l-part-timers. Dan fih innifsu jawgura tajjeb għall-ITS u għat-turiżmu Malti.  Imma waqt li jawgura tajjeb li n-numru tal-istudenti dejjem jikber ma setax ma’ jsemmix il-kwalità ta’ tagħlim u taħriġ li għandhom ikunu prijorità għall-ITS.

Il-Ministeru għat-Turiżmu qed iżomm mal-impenn tiegħu biex il-wegħda elettorali dwar l-investiment fl-ITS biex jespanda l-operat għal wieħed aktar internazzjonali b’ potenzjal li jkun wieħed mill-aqwa fir-reġjun, titwettaq.

“Fl-aħħar mill-aħħar, l-ITS, barra li għandha obbligu li tagħti kontribut sħiħ lill-industrija turistika, għandha r-responsabilità li tagħti sapport lill-politika nazzjonali edukattiva bħala parti mill-istrateġija ta’ human capacity building biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ta’ Malta,” temm jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow