IL-PROĠETTI TAL-A+ SE JKUNU PPUBBLIKATI UFFIĊJALMENT
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva se jkun qiegħed jippublika l-proġetti kollha tal-A+.
Kien hemm b’kollox 27 applikazzjonijiet li daħlu għal-Iskema A+ minn 26 lokalità madwar Malta u Għawdex. Lokalità minnhom issottomiet żewġ applikazzjonijiet.
Wara li dawn il-proġetti jiġu analiżżati fil-ġranet li ġejjin, id-dettalji tagħhom ser jittellaw fuq is-sit tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, www.activeageing.gov.mt fejn se jkun hemm anke paġna allokata għal kull Kunsill Lokali li issottometta l-applikazzjoni tiegħu.
Is-Segretarjat Parlamentari ħabbar li se tiġi organiżżata attività li d-dettalji tagħha jitħabbru iżjed il-quddiem li permezz tagħha se jkunu qegħdin jiġu ppreżentati l-proġetti wieħed wieħed. Dawn il-proġetti ġew sottometti mill-lokalitajiet tal-Birgu, il-Fgura, il-Furjana, Ħal Balzan, Ħal Għargur, Ħal Għaxaq, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, l-Imqabba, Marsaskala, il-Mosta, il-Mellieħa, in-Nadur, Tal-Pietà, Raħal Ġdid, ir-Rabat Għawdex, is-Sannat, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, is-Swieqi, il-Belt Valletta, ix-Xagħra Għawdex, ix-Xewkija Għawdex, iż-Żejtun u ż-Żebbuġ Għawdex. Il-Lokalità tal-Mosta issottomiet żewġ proġetti. Is-Segretarjat jirringrazzja lill Kunsilli Lokali li appoġġjaw din l-inizjattiva. Is-Segretajat Parlamentari diġa qed jaħseb għall-proġetti simili li jistgħu jiġu imnedija fiż-żmien li ġej b’risq l-aċċessibilità f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en