IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, STEFAN BUONTEMPO JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA BIEX JIPPROMWOVI L-FESTIVAL AGRARJU TAL-PATATA ORGANIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI TAL-QRENDI LI SE JSIR IL-ĦADD 4 TA’ MEJJU 2014
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo indirizza konferenza stampa sabiex jippromwovi l-Festival Agrarju tal-Patata organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li ser isir nhar il-Ħadd, 4 ta’ Mejju 2014.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali stqarr li aktar ma jattendi għall-attivitajiet bħal dawn, aktar qed jirrealizza kemm il-Kunsilli Lokali qedgħdin jaħdmu sabiex jippromwovu il-lokal u l-prodotti lokali tagħhom u faħħar il-ħidma tal-Kunsilli Lokali, ħidma li qed tippromwovi l-lokal u l-prodotti tagħhom permezz ta’ dawn l-attivitajiet.
Stqarr ukoll li permezz tal-attivita’ tal-Kunsill Lokali, lil dawn il-bdiewa, li kultant jaħdmu f’kundizzjonijiet iebsin ħafna u li l-prodott tagħhom jiddependi mill-elementi naturali, ser tingħatalhom l-opportuinita’ sabiex il-poplu Malti u Għawdxi japprezza il-prodott agrarju tagħhom. Huwa konvint li sodisfazzjon akbar minn hekk ma jistax jingħata lil dawn in-nies li ilhom snin twal jippreservaw il-prodott agrikolu Malti, kif ukoll bil-produzzjoni ta’ prodotti ġodda li qed isiru mill-Maltin u Għawdxin.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo stqarr li dawn l-inizjattivi qegħdin iħeġġuh aktar sabiex ikompli jaħdem biex il-Kunsill Lokali jiġu mgħejjuna ħalli jkunu aktar kreattivi u joħorġu b’aktar ideat biex b’hekk joħolqu aktar attivitajiet, speċjalment dawk l-attivitajiet li jippromwovu l-prodott lokali. Huwa fakkar li dawn il-bdiewa ma jbiegħux biss il-patata fis-suq lokali iżda jesportawha lejn pajjiżi fl-Ewropa, dan juri ċertifikat tat-tjubija ta’ dan il-prodott.
Filwaqt li awgura lill-Kunsill Lokali il-Qrendi kull suċċess għal dan il-festival, Stefan Buontempo appella lill-familji Maltin u Għawdxin sabiex nhar il-Ħadd jattendu bi ħġarhom għal dan il-festival u jgawdu mhux biss mill-prodotti tajbin li jsiru mill-patata, fosthom il-ġelat, iżda jgawdu wkoll minn divertiment u spettaklu u s-sbuħija li joffri dan ir-raħal tal-Qrendi.
Video u ritratti jistgħu jiġu ddawnlowdjati minn dan il-link.
pr140937a.jpg
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en