Left arrow Mur Lura

AKTAR XOGĦOL TA’ BACK OFFICE WORK F’GĦAWDEX

pr140936
Date Icon 02/05/2014

Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo ħabbar kif aktar ħaddiema li jaħdmu f’Malta mas-settur pubbliku se jibdew jaħdmu minn Għawdex f’xogħol ta’ back office f’dipartimenti  varji.

Il-Ministeru hu kommess li jkompli jkattar ix-xogħol  f’Għawdex għal Għawdxin. Mill-bidu nett tal-leġiżlatura Dr. Anton Refalo spjega kif ippreżenta memo lill-gvern biex immedjatament jinbeda eżerċizzju biex jiġu identifikati liema funzjonijiet u attivitajiet tal-gvern u entitajiet parastatali f’Malta jistgħu jibdew isiru f’Għawdex. Dan l-eżerċizzju ttieħed bis-serjetà u r-riżultati qegħdin jidhru.

Tul l-ewwel sena u nofs fil-leġiżlatura ta’ dan il-Gvern se jkunu niżlu jaħdmu Għawdex aktar minn 38 ħaddiem.  Mhux biss, imma l-Gvern se jibqa’ impenjat biex fiż-żmien li ġej iktar Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartimenti f’Malta jibdew jaħdmu Għawdex.

Il-Ministru ta rendikont u spjega kif 22 ħaddiem ġew trasferiti f’Dipartimenti varji relatati mat-taxxa. Irrimarka kif hemm il-ħsieb li d-Dipartiment tal-VAT, l-Inland Revenue u l-Customs jingħaqdu f’entità waħda.

Il-Ministru fakkar kif f’Settembru tas-sena li għaddiet infetaħ l-uffiċju tal-E-Residence biex iservi bħala one stop shop għall-bżonnijiet tar-residenti barranin. F’dan il-unit inħolqu tlett impjiegi ġodda.

Semma wkoll ħaddiema oħra li ġew trasferiti mad-Dipartiment ta’ CPD, mal-Public Registry u l-ETC.

Il-Ministru ħabbar li tinsab fi stadju avvanzat il-ħidma biex f’Għawdex jinfetaħ Uffiċċju tal-Istatistika. Dan l-uffċċju hu maħsub biex janalizza informazzjoni varja marbuta mal-ekonomija, man-negozju, mat-turiżmu, mal-kultura u mal-konsum tal-enerġija. Inizjalment l-uffiċċju se jimpjega sitt persuni u hemm il-ħsieb li jiġu trasferiti aktar ħaddiema.

Ta’ min isemmi ukoll li dawn mhumiex l-uniċi ħaddiema Għawdxin li ngħataw il-possibilità li jaħdmu f’Għawdex minflok Malta. Filfatt ġew assenjati għadd ta’ infermiera u impjegati oħra fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Huwa maħsub ukoll li fil-futur qrib il-Bank of Valletta jżid l-operat tiegħu u allura jkun hemm bżonn ta’ iktar impjegati tal-bank jaħdmu f’Għawdex.

Dawn l-inizjattivi flimkien ma’ inizjattivi oħrajn bħal ħolqien ta’ impjiegi ġodda fis-settur privat u anki permezz ta’ investiment barrani dirett se jkomplu jwettqu l-wegħda ewlenija tal-Gvern ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow