Left arrow Mur Lura

ŻJARA TAL-MINISTRU CHRIS CARDONA LILL-IMPJEGATI TAL-BOV F’SANTA VENERA

pr140924
Date Icon 30/04/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona jżur il-fergħa tal-BOV f’Santa Venera waqt serje ta’ żjarat fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju ta’ Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u  Jum il-Ħaddiem.

Dalgħodu, il-Ministru Cardona żgħar l-impjegati tal-Bank of Valletta li jaħdmu fil-fergħa ta’ Santa Venera. Waqt din iż-żjara, il-Minstru Cardona kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-management u l-impjegati kollha tal-BOV li huma stazzjonati f’din il-fergħa.

Waqt din iż-żjara, il-Ministru Cardona tkellem dwar is-suċċess li wettaq pajjiżna wara għaxar snin sħubija fl-Unjoni Ewropea u qal li bħala pajjiż konna kapaċi niffaċċjaw ħafna mill-isfidi li toffri s-sħubija u negħlbuhom.

Il-Ministru Cardona qal li dan is-suċċess kompla jiġi kkonsolidat mill-gvern preżenti. Bħala parti mis-suċċess li kompla jikseb il-gvern, il-Ministru Cardona qal li l-gvern irnexxielu jbaxxi id-defiċit għal anqas min 3% qabel l-iskadenza li kienet ingħatat, kabbar l-ekonomija u żied il-postijiet tax-xogħol ġodda.

Dr Cardona qal li l-istituzzjonijiet finanzjarji Maltin irnexxielhom jibqgħu reżiljenti anke waqt ir-riċessjoni ekonomika li esperjenzat l-Ewropa, u dan ġej ukoll mill-fatt li s-settur finanzjarju huwa wieħed serju u li jaħdem fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà u sostenibblità.

“Dan juri li t-tisħiħ ekonomiku seħħ bis-saħħa tagħkom ukoll. L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż, waqt li jħarsu li ma jkollhomx problemi, għandhom jiftakru fir-rwol tagħhom għall-iżvilupp tal-pajjiż” qal il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona faħħar lil Bank of Valletta għal proġetti ġodda li qegħdin jimplimentaw li se jwasslu biex dan il-bank ikun jista’ joffri servizz ta’ aktar kwalità lill-klijenti. Fost il-proġetti li l-Bank of Valletta se jimplimenta, il-Ministru Cardona tkellem fuq l-aġġornament tal-infrastruttura tat-Teknoloġija tal-Informatika kif ukoll investiment fl-istruttura tal-management. Il-Ministru Cardona faħħar ukoll lill-Bank of Valletta għall-investiment li qiegħed isir fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-impjegati tagħhom.

“Permezz ta’ korsijiet se tkunu qed tagħtu opportunità lill-ħaddiema tagħkom biex ikomplu jimxu ’l quddiem fil-karriera tagħhom u se tkun qegħdin tippreparawhom biex ikunu jistgħu jieħdu iktar responsabbiltajiet f’pożizzjonijiet maniġerjali,” qal il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona kkonkluda billi qal li l-proġett ta’ edukazzjoni u taħriġ li se ikun qiegħed jimplimenta il-Bank of Valletta, qiegħed juri biċ-ċar li bħala istituzzjoni finanzjarja l-BOV tagħraf l-importanza li għandhom il-ħaddiema għas-suċċess ta’ dan il-Bank.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow