Left arrow Go Back

L-ISKEMA A+ GĦALQET ILLUM – IKUN HEMM 24-IL APPLIKANT

pr140922
Date Icon 30/04/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali javżaw li illum ġie magħluq il-perjodu ta’ applikazzjoni għall-Iskema A+. Din hija skema biex nippromwovu u nsostnu l-kunċett ta' accessbiltà fil-komunitajiet tagħna bl-għan aħħari li jkollna pajjiż aċċessibbli kif tirrekjedi l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà.

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex jirringrazzjaw lil Kunsilli Lokali li applikaw biex jipparteċipaw f’din l-iskema, liema kunsilli huma tal-lokalitajiet li ġejjin:

·         Il-Birgu

·         Il-Fgura

·         Il-Furjana

·         Ħal Balzan

·         Ħal Għargur

·         Ħal Għaxaq

·         Ħaż-Żabbar

·         Ħaż-Żebbuġ

·         L-Imqabba

·         Marsaskala

·         Il-Mosta

·         Il-Mellieħa

·         Nadur Għawdex

·         Tal-Pietà

·         Rabat Għawdex

·         Sannat

·         San Pawl il-Baħar

·         Tas-Sliema

·         Is-Swieqi

·         Il-Belt Valletta

·         Ix-Xagħra, Għawdex

·         Ix-Xewkija, Għawdex

·         Iż-Żejtun

·         Iż-Żebbuġ Għawdex

Il-Kunsilli Lokali issottomettew proġett biex jagħmlu il-lokal tagħhom iżjed Aċċessibli, liema proġett irid jammonta għall iżjed minn 3,000 Ewro. Il-Kunsill rebbieħ ser ikun qiegħed jieħu is-somma ta’ 25,000 Ewro. Il-Kunsill li jiġi it-tieni post jieħu is-somma ta’ 15,000, filwaqt li l-kunsill li jiġi t-tielet post ser jieħu is-somma ta’ 8,000 Ewro, liema fondi ser jiġu maqsuma bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u s-Segretarjat Parlamentari għal-Kultura u Gvern Lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow