INVESTIMENT PRIVAT TA' MILJUN EWRO LI SE JOĦLOQ 100 IMPJIEG F'GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo dalgħodu ffirma ftehim mal-kumpanija RS2 biex tibda topera minn Għawdex. Investiment ta' miljun ewro li se jwassal għall-ħolqien ta' 100 impjieg f'Ghawdex.
Dr Refalo sostna li din hi aħbar tajba li l-RS2 se tespandi l-operat tagħha f’Għawdex wara li evalwat il-viżjoni tal-gvern u l-klima li qed tinħoloq fil-gżira Għawdxija biex wara ħafna snin f’Għawdex nerġgħu nibdew naraw investiment sod.
Il-Ministru spjega kif fil-passat kien hawn investiment minn kumpaniji oħrajn fil-qasam industrijali tax-Xewkija però wara ftit snin waqfu l-operat tagħhom. Spjega kif Għawdex għandna bżonn nattiraw investiment li verament jkun ta' valur miżjud għall-ekonomija ta' Għawdex. Fi snin li ġejjin dan l-investiment ta' miljun ewro se joħloq mal-100 imjieg ġdid fil-gżira Għawdxija.
Din il-kumpanija tipprovdi servizzi fl-immaniġġjar tas-sistemi ta’ cards finanzjarji u servizzi oħra fuq livell globali. Il-Ministru tenna kif studenti li jiggradwaw f’dan il-qasam ikunu jistgħu jaħdmu fil-gżira ta’ Għawdex. B’hekk ikunu qegħdin jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-istudenti u jħarsu 'l quddiem li jibnu l-karriera tagħhom f’Għawdex stess.
Xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin kienet waħda mill-wegħdiet ewlenin ta' dan il-gvern. Il-Ministru spjega kif dan hu l-ewwel investiment sinifikanti f'Għawdex tul dawn l-aħħar snin. Il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex mhux se tieqaf hawn u l-ħidma se tkompli biex fi żmien li ġej nattiraw investimenti oħrajn li se jħallu impatt pożittiv fuq ir-rata ta' tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi f'Għawdex.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en