Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER JILTAQA’ MAL-VIĊI KAP TAD-DIPARTIMENT GĦAD-DEMOKRATIZAZZJONI TAL-OSCE/ODIHR

pr140914mt
Date Icon 30/04/2014

Dr Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, kmieni llum wara nofsinhar kellu laqgħa ma’ Dr Nathalie Tagwerker, Viċi Kap tad-Dipartiment għad-Demokratizazzjoni fi ħdan l-OSCE Office for Democratic Institutions and Human Rights (OSCE/ODIHR).

L-iSpeaker Anġlu Farrugia u Dr Tagwerker iddiskutew il-ko-operazzjoni bejn il-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta, u l-OSCE/ODHIR, fosthom l-organizzazzjoni ta’ Konferenza għall-Membri Parlamentari kif l-espertiż ta’ Malta jista’ jintuża fl-attivitajiet organizzati mill-OSCE għall-benefiċċju ta’ Stati oħra membri tal-OSCE. Dr Tagwerker offriet ukoll l-għajnuna tal-ODIHR fit-tħejjija ta’ leġislazzjoni.

Dr Tagwerker kienet Malta biex tindirizza Konferenza dwar Women – Building Blocks of our Society, li ġiet organizzata mill-Kunsill Nazzjonali Malti tan-Nisa, b’ko-operazzjoni mal-Kunsill Internazzjonali tan-Nisa u l-OSCE Office for Democratic Institutions and Human Rights (ODIHR).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow