Left arrow Mur Lura

PREZZIJIET FISSI TAL-FUELS SAL-AĦĦAR TAS-SENA – ROĦS FIL-PREZZIJIET TAL-PETROL U L-GASS

pr140912
Date Icon 30/04/2014

“L-aħjar u l-orħos prezzijiet għall-konsumaturi”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel se jibqgħu stabbli sal-aħħar tas-sena fl-istess ħin ħabbar li l-prezz tal-petrol raħas b'żewġ ċenetżmi fil-litru filwaqt li l-prezz tad-diesel mhux se jinbidel. Ħabbar ukoll li l-prezz ta' ċilindru gass se jorħos b'Ewro u tletin ċentenzmu u se jibqa' kif inhu sa Settembru.

Litru petrol issa se jkun jiswa Ewro u erbgħa u erbgħin ċenteżmu. Il-prezz ta’ litru diesel – li ilu l-istess tul l-aħħar ħmistax-il xahar -  se jkun ta’ Ewro u sitta u tletin ċenteżmu.


Il-prezz tal-gass taċ-ċilindu wkoll se jorħos b’Ewro u tletin ċenteżmu għal kull ċilindru ta’ tnax-il kilo li se jiġi jiswa sbatax-il Ewro u għaxar ċenteżmi. Il-prezz tal-gass se jibqa’ kif inhu sal-aħħar ta’ Settembru li ġej mingħajr mal-Gvern joħroġ xi forma ta’ sussidju.

Il-Prim Ministru qal li b’hekk il-familji u l-industrija Maltija se jkunu jafu kemm għandhom jwarrbu flus għal dan il-qasam. Huwa enfasizza li dan se jkun l-itwal perjodu fejn il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel mhux se jiżdiedu xahar b'xahar kif kienu jagħmlu fis-snin l-imgħoddija.

Il-Prim Ministru qal li r-roħs qed isir fl-isfond ta’ żidiet fil-prezzijiet tal-fuel fis-swieq internazzjonali. Il-Gvern ilu xhur sħaħ f’negozjati diffiċli biex jasal għal dan il-ftehim li għal ħaddieħor tqis bħala impossibbli.

Bil-prezzijiet fissi u mraħħsa, il-familji u n-negozji Maltin se jkunu jafu aħjar il-paga kemm se sservihom u x’nefqa għandhom quddiemhom.

Permezz ta' din iċ-ċertezza fil-prezzijiet il-gvern qed jgħin lill-postijiet tax-xogħol biex joħolqu x-xogħol. L-istess jgħodd għal qasam tat-turiżmu.

Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi qal li r-roħs qed isir fl-isfond ta’ kriżijiet internazzjonali li qed jolqtu l-qasam tal-enerġija fl-Ewropa u ż-żidiet fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali. Qal li fuq insistenza tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur baqa’ għaddej ix-xogħol biex jinkisbu l-aħjar prezzijiet għal familji Malti u n-negozji. Wara li f’Marzu l-gvern raħħas il-prezz tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ tletin fil-mija issa kien imiss il-prezzijiet tal-petrol, id-diesel u tal-gass sabiex b’hekk il-familji jkollhom aktar flus fil-but.

Il-gvern mill-ewwel ħadem fuq stabbilità fuq il-prezzijiet fuq medda ta’ xhur.  Il-ftehim huwa riżultat ta’ bosta xhur ta’ negozjati fejn kienu involuti banek internazzjonali u lokali u operaturi lokali. In-negozjati involvew multiple hedges ta’ miniti u kommoditajiet fuq perjodi differenti li mbagħad tħalltu flimkien fuq medda ta’ tminn xhur. Dan se jwassal ghal prezzijiet orħos u aktar stabbli milli se jkun hemm fis-swieq.

Il-Ministru Mizzi qal li l-prezz tal-petrol se jkunu l-orħos li qatt kellna fl-aħħar sena kif ukoll fl-aħħar sena ta’ gvern Nazzjonalista. Il-prezz tad-diesel se jkun l-orħos li qatt kellna fl-aħħar sentejn u tliet xhur. Fl-aħħar ħames snin ta’ gvern Nazzjonalista l-prezz kien dejjem qed jiżdied.

Air Malta

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għal Air Malta u qal li l-istess bħalma l-Enemalta minn mażra saret mutur tal-ekonomija hekk ukoll l-Air Malta tista’ tagħmel l-istess billi tkabbar u tifrex l-operazzjonijiet tagħha.

F’dan l-istadju l-gvern ma għandu l-ebda tip ta’ ħsieb ta’ privatizazzjoni tal-Air Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow