TNEDIJA TAS-SISTEMA TAL-PERMESSI TAL-KREJNIJIET U MAKKINARJU IEĦOR ONLINE
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo, waqt sezzjoni ta’ informazzjoni f’laqgħa li għaliha attendew is-segretarji eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, nieda is-sistema tal-Permessi Online maħruġa mill-Kunsilli Lokali inklużi dawk tal-Krejnijiet u Makkinarju.
Dan is-servizz ser jibda jingħata u se jkun live għall-pubbliku minn nhar it-Tnejn, 5 ta’ Mejju 2014.
Din is-sistema ser tiffaċilita’ l-applikazzjonijiet għal dawn il-permessi billi l-pubbliku se jkollu l-possibilita’ li jagħmel faċilment u fil-kumdita’ ta’ daru l-applikazzjoni Online minflok ma jkollu jmur personalment il-Kunsill.
Il-pubbliku ser ikun jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sistema permezz tal-eID u jrid japplika seba’ t’ijiem qabel id-data li jrid juża l-makkinarju sabiex is-sistema tkun tista’ taċċetta l-applikazzjoni tiegħu.
Is-sistema li wieħed jista’ jmur u japplika l-Kunsill ser tibqa’. Jekk applikazzjoni ma tkunx tista’ ssir online, il-Kunsill jista’ iżomm id-dritt li jinforma lill-applikant sabiex iżur il-Kunsill biex japplika għall-permess personalment.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en