THIS ABILITY: WHEELCHAIR BASKETBALL – KANDIDATI GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL-MEP KONTRA PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Is-Segretarjat Parlementari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport illum ħabbar li ser ikunu qegħdin jorganizzaw logħba Wheelchair Basketball bl-iskop li jkun hemm iżjed promozzjoni tal-Abbiltà tal-Persuni b’Diżabilità. Din l-attività hija ntitolata This Ability u ser issir nhar l-10 ta’ Mejju ġewwa l-iSports Complex tal-Universita ta’ Malta.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport iħeġġu lill-kandidati kollha għall-Parlament Ewropew jipparteċipaw f’din l-Attivita’, u jħeġġeġ lill-pubbliku jiġi jara din il-logħba.
Għal iktar tagħrif fuq din l-attività, wieħed jistà jċempel fuq 25903140. Din l-attività ser issir b’xejn iżda wieħed imħeġġeġ jagħti donazzjoni b’risq djar li jieħdu ħsieb il-persuni b’diżabilità.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en