Left arrow Go Back

TKOMPLI T-TREND POŻITTIVA FIS-SETTUR TAX-XOGĦOL

pr140897
Date Icon 28/04/2014

Ir-rapport li ħareġ mill-NSO iktar kmieni llum jkompli jikkonferma t-trend pożittiva fis-settur tax-xogħol b’iktar nies isibu x-xogħol f’Marzu 2014 meta mqabbel max-xahar ta’ qabel

Dan it-titjib ikompli jikkonferma l-politika tal-Gvern li jżid l-inċentivi għax-xogħol, itejjeb il-ħiliet ta’ dawk li jfittxu x-xogħol u jiminimiżża l-iskills gap fix-xogħol lokali.

Il-Gvern jagħraf li t-trend ta’ iżjed nies fuq ir-reġistru tax-xoghol ilha togħla mill-2011 iżda permezz ta’ skemi ta’ taħriġ bħall-Garanzija taż-Żgħażagħ u l-pjan ta’ ħolqien tax-xogħol li l-Gvern se jippreżenta, se tiġi indirizzata l-problema ta’ skills gap – li l-ħiliet ta’ dawk li qed jfittxu xogħol ma jaqblux ma’ postijiet tax-xogħol battala.

Għal kull persuna aktar fuq ir-reġistru, fl-aħħar sena taħt Gvern Nazzjonalista kienu maħluqa erba’ jobs full-time. Taħt l-ewwel sena ta’ Gvern Laburista għal kull persuna aktar fuq ir-reġistru, gew maħluqa disa’ jobs full-time. Tant qed ikun hawn suċċess fl-ekonomija li aktar u aktar nies qed jitħajru jaħdmu. Filfatt Malta kellha l-ogħla tkabbir fir-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol fl-Ewropa. Żieda ta' 1.8 punti perċentwali minn 63.1% fl-2012 għal 64.9% fl-2013.

Ir-rata ta’ qgħad f'Malta, skont il-Eurostat, kienet ta’ 6.6% fl-2013, imqabbla ma 6.5% fl-2012, 6.6% fl-2011, 7% fl-2009 u fl-2010. Filfatt skond il-figuri tal-Eurostat mill-2000 ‘l hawn kienu biss f'erba’ snin li Malta kellha rata anqas minn 6.6% (fl-2000, 2007, 2008 u 2012). Ta’ min jgħid li bil-kontra ta’ dak li qalet l-Opożizzjoni, in-numru ta’ żgħażagħ ifittxu x-xogħol naqas u Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ żgħażagħ jaħdmu fl-Unjoni Ewropea

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow