STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca m’attendietx għall-kanonizzazzjoni tal-Papiet il-bieraħ f’Ruma, minħabba impenn importanti li ma setax jiġi pospost. Fil-fatt, il-bieraħ, il-President tat bidu għal sensiela ta’ laqgħat importanti dwar l-immigrazzjoni, li qed isiru fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Il-Presidenza kienet katalista biex tiffaċilità u ġġib flimkien ir-rapprezentanti kollha tal-Gvern u istituzzjonijiet Matin flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi u l-Knisja f’Malta, f’laqgħat ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, jiġifieri, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda (UNHCR) u l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM).
Dawn il-laqgħat għandhom iwasslu għal għarfien aħjar tal-bżonnijiet f’dan il-qasam li għandha Malta, kif ukoll, huwa ttamat li jwasslu għal għajnuna konkreta li jeħtieġ pajjiżna, kemm fi żminijiet normali, kif ukoll fl-eventwalita’ li tqum kriżi umanitarja madwar il-Mediterran.
Sadanittant, l-Uffiċċju tal-President qed iħejji għal żjara uffiċċjali mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, u li waqt il-laqgħa bejn iż-żewġ Kapijiet tal-Istati, jiġifieri Malta u l-Vatikan, il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mistennija li tiġi diskussa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en