FTUĦ TA’ FERGĦA TAL-BANIF BANK FIL-MOSTA
Fergħa ġdida ta’ Banif Bank ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li stqarr li pajjiżna joffri opportunitajiet eċċellenti fejn jidħlu servizzi finanzjarji u negozji fil-komunità lokali.
Il-Prim Ministru fakkar li pajjiżna dejjem adotta attitudni konservattiva fil-mod li bih jitħaddmu l-banek, fatt li wassal biex Malta ħasset l-impatt tal-kriżi finanzjarja ferm inqas minn ġirien Ewropej.
Dr. Joseph Muscat ħabbar li l-Ministru tal-Finanzi, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar il-kompetittività u l-banek qed jaraw kif ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu aktar kompetittivi. B’hekk jiġi faċilitat is-self lin-negozji żgħar bħala parti mill-istrateġija għal aktar tkabbir ekonomiku.
Il-Prim Ministru ammetta li mhux faċli li tnaqqas dawn ir-rati iżda saħaq li dan il-pass jista’ jseħħ permezz tal-kompetizzjoni speċjalment lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u lil min jeħtieġ servizzi bankarji iktar kompetittivi.
Il-Prim Ministru faħħar lill-Banif Bank għas-suċċessi tiegħu f’Malta u talli fetaħ fergħa f’lokalità meqjusa bħala waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fil-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en