Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA

pr140888
Date Icon 27/04/2014

Id-direttivi li l-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista il-Mument għamlet referenza għalihom illum kienu nħarġu fil-leġiżlatura preċedenti wara li kien hemm każ ta’ pazjent li kien miet waqt li kien qed jistenna li jingħata sodda.


Dan il-gvern għadu jbati l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ippjanar bil-għaqal tal-amministrazzjonijiet preċedenti. L-Oppożizzjoni qed tippretendi li dak li ma sarx fis-snin li għaddew isir minn dan il-gvern f’sena waħda biss. Hija l-intenzjoni ta’ dan il-gvern li jkompli jieħu inizjattivi biex il-problema tal-ispazju tkun eliminata fl-inqas żmien possibbli.


Dak li qed jintqal fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista juri biċ-ċar id-diżonestà u tgħawwiġ tal-fatti anke fir-rigward tad-direttivi li ħarġet l-MUMN fuq it-tkeffin tal-pazjenti li jkunu mietu waqt li qed jistennew li jingħataw sodda f’waħda mis-swali.


Is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa jiċħad kategorikament li fil-kurituri tal-Mater Dei hemm pazjenti b’mard kontaġġjuż. Każi ta’ din il-kategorija qegħdin allokati f’żoni apposta tal-isptar u  iżolati  f’single rooms biex il-mard ma jinfirixx. Lanqas jirriżulta li kien hemm xi pazjent li miet minħabba li kien rikoverat f’wieħed mill-kurituri.


Is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa jisħaq li l-pubbliku m’għandux għalfejn jallarma ruħu mill-fabbrikazzjoni ta’ stejjer li huma intiżi biss biex jippolitiċizzaw il-qasam tas-saħħa u jnessu l-ħidma li qed issir f’dan il-qasam biex il-pazjent jinqeda aħjar u fil-ħin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow