IL-MINISTRU HELENA DALLI ŻŻUR L-INTERACT FESTIVAL FIĊ-ĊENTRU MIFTUĦ TAL-MARSA
Dan il-festival imtella’ mill-Fondazzjoni li toffri kenn u appoġġ lill-immigranti jifforma parti mill-programm tal-Unjoni Ewropea Youth in Action
Matul il-jum tas-Sibt il-Fondazzjoni li toffri kenn u appoġġ lill-immigranti tellgħet l-InterAct Festival fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.
Din l-attività interkulturali li saret bil-għan li żżid l-interazzjoni pożittiva bejn żgħażagħ Maltin u Afrikani tifforma parti mill-programm Ewropew Youth in Action.
Fi żjara li għamlet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli ltaqgħet u tkellmet ma’ bosta żgħażagħ immigranti li kienu qed jipparteċipaw f’numru t’attivitajiet differenti.
Il-Ministru Dalli ddawret ukoll ma’ bosta stands fil-bitħa prinċipali li kienu jinkludu gastronomija ta’ pajjiżi differenti u anke arti.
Hija żaret ukoll wirja ta’ informazzjoni li ttellgħet apposta dwar l-integrazzjoni ta’ immigranti f’pajjiżna filwaqt li tkellmet ma’ wħud li jwettqu ħidma mill-viċin mal-immigranti.
Dan il-festival ittella’ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi organizzazzjonijiet fosthom l-Aġenzija Żgħażagħ, iċ-Chaplaincy tal-Università u l-Kunsill Studenti Universitarji.
Preżenti kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta l-E.T. Klaus-Peter Brandes u l-Kummissarju għat-Tfal Helen D’Amato.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en