Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA - FTEHIM BEJN IL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA U L-UĦM

pr140886
Date Icon 26/04/2014

Il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa u l-Union Ħaddiema Maqgħudin waslu għall-ftehim dwar kwistjonijiet relatati ma’ ftehim iffirmati minnhom kif ukoll dwar talbiet li kienu pendenti , relatati mal-membri tagħhom.

Uħud minn dawn il-kwistjonijiet kienu riżultat ta’ ftehim kollettiv li ġie ffirmat fl-2012 kif ukoll Memorandum of Understandings li ġew iffirmati kmieni fl-2013.

Il-ftehim se jkun ifisser kundizzjonijiet aħjar għall-membri tal-union fejn fost oħrajn se jiġi implementat dak mifthiem fis-sectoral agreement tal-membri li l-UĦM tirrapprezenta.

Fosthom hemm Allied Health Practioners u kategoriji oħra fl-Allied Health, Dental Surgery Assistants, Pharmacy Technicians, Pharmacists, Managers, Health Inspectors u skrivani mill-Foundation of Medical Services u kategoriji oħrajn.

Għaldaqstant il-possibilità ta’ direttivi mill-Union Ħaddiema Maqgħudin ġiet irtirata.

Fil-ġimgħat li gejjin, se tkun qed issir ħidma mill-Ministeru flimkien mal-UĦM biex dak miftihem jigi implementat.

Ġie maqbul ukoll li ser, jibdew negozjati dwar il-ftehim tad-dentisti li ilu pendenti għal numru ta’ snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow