STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT
Bħal dejjem il-Ministeru tal-Ambjent ħa nota tal-istqarrijiet li saru f'dawn l-aħħar sigħat.
Fl-istess nifs li fih kien hemm għaqda ambjentali li allegat li l-Ministeru tagħna wera disinteress f'dak kollu li jista’ jkollu mpatt fuq l-ambjent, sal-lum stess għaqda ambjentali oħra ġiet irrapurtata li qalet li l-unika tama li qed tara għall-qasam tal-ambjent hu meta l-Ministeru tagħna joħrog l-ambjent mill-MEPA.
Ta' min wieħed iżid li meta ġejt ikkonfermat fil-kariga tiegħi bħala Ministru responsabbli, kien hemm għaqdiet ambjentali li privatament u anki fil-media wrew is-sodisfazzjon tagħhom dwar dan.
Ta' min wieħed ifakkar li d-dokument ta' konsultazzjoni dwar il-qasma tal-MEPA għalkemm għalaqlu żmienu għas-sottomissjonijet fit-22 tax-xahar, kif stqarrejt waqt il-laqgha pubblika ta’ konsultazzjoni, aħna konna u ninsabu lesti li nilqgħu kull proposti u suġġerimenti anki fl-istadju leġiżlattiv tar-riforma fejn jidħol il-qasam ambjentali.
Wieħed irid ifakkar li minkejja l-kritika tagħhom dwar diversi aspetti ambjentali, issa, anki l-Oppożizzjoni nnifisha qed taqbel fil-principju li għandu jkun hemm separazzjoni bejn id-driegħ ambjentali u dik ta’ l-ippjanar tal-MEPA. Dan minkejja li tul is-snin dejjem opponew qasma simili bis-saħħa kollha.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en