IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, JILTAQA’ MAL-ĦADDIEMA TAD-DIPARTIMENTI TAL-MEPA U LANDS, FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA
Wara li f’dawn l-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-avukat Michael Falzon, iltaqa’ mal-ħaddiema kollha tad-Dipartimenti tal-MEPA u LANDS, f’Malta, issa kien imiss li jżur lill-ħaddiema ta’ dawn iż-żewġ Dipartimenti, f’ Għawdex.
F’din il-laqgħa ġew diskussi diversi affarijiet, fosthom kif tista’ titjieb ir-relazzjoni bejn l-uffiċini rispettivi ta’ Malta u ta’ Għawdex, inkluż permezz ta’ sistemi li jistgħu itejjbu l-effiċjenza.
L-Avukat Michael Falzon, ikkonkluda billi saħaq fuq l-importanza li jingħata servizz sinċier u effiċjenti, u dana biex il-klijent Għawdxi jkun jista’ jiġi moqdi bl-aħjar mod possibbli.
Is-Segretarju Parlamentari issa ltaqa’ mal-ħaddiema kollha li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari tiegħu, fuq il-post tax-xogħol tagħhom stess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en