Left arrow Mur Lura

FTEHIM BEJN IL-GVERN U S-SETTUR PRIVAT BIEX JITNAQQSU L-WAITING LISTS TAT-TESTIJIET TAL-MRI

pr140881
Date Icon 25/04/2014

- Il-Gvern ser ikun qed inaqqas l-istennija taż-żmien tat-testijiet tal-MRI minn sentejn għal taħt it-tlett xhur

Dalgħodu l-Ministru Dr Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Mr Chris Fearne ħabbru li permezz ta’ ftehim, bejn il-Gvern u s-settur privat, ser tonqos l-istennija għat-testijiet tal-MRI.  Huma ħabbru li permezz ta’ dan il-ftehim, il-pazjenti li bħalissa ilhom jistennew aktar minn sena, ser ikollkom it-testijiet tal-MRI fi sptar privat bil-gvern iħallas direttament għal dan is-servizz u għalhekk mhux ser ikun qed jintalab ħlas mill-pazjenti. L-ewwel fażi ta’ dan il-ftehim ser tibda mill- 1 ta’ Mejju 2014.

Huma qalu li wara li dawk il-pazjenti, li ilhom aktar minn sena jistennew, jagħmlu t-test tal-MRI, il-Gvern ser  ikun imbagħad qed jestendi dan is-servizz għal dawk li ilhom jistennew aktar minn sitt xhur u eventwalment din ser tkun qed tingħata lill-pazjenti li jkunu ilhom jistennew aktar minn tliet xhur. B’hekk din ser twassal  biex  il-Gvern jilħaq il-mira tiegħu u dawk li jdumu jistennew aktar minn tliet xhur ikollhom l-opportunità li jagħmlu t-testijiet tagħhom b’mod privat kompletament b’xejn.

Għalhekk, grazzi għal din l-inizjattiva, fi żmien qasir il-Gvern ser ikun qed iniżżel l-istennija taż-żmien tat-testijiet tal-MRI mill-kważi sentejn, li huwa ż-żmien ta’ stennija llum, għal taħt it-tliet xhur.

Il-Ministru responsabbli mis-saħħa Konrad Mizzi qal li dan huwa konsistenti ma’ dak imwiegħed mill-Gvern qabel l-elezzjoni ġenerali,  fejn permezz ta’ Public Private Partnerships, f’dan il-qasam, se nkunu nistgħu nagħtu lill-pazjenti servizz b’xejn fi żmien iqsar.

Il-Ministru Mizzi semma l-erbgħa prijoritajiet li l-Gvern beda jindirizza u qal li dan il-ftehim se jikkontribwixxi ferm fil-mira li għandu l-Gvern, li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-pazjenti.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Mr. Chris Fearne rrimarka  li l-Medical Imaging Department f’Mater Dei żied ukoll l-effiċenza fl-użu tar-riżorsi tiegħu u qiegħed iwettaq aktar testijiet tal-MRI kuljum, milli kien isir fil-passat. Bħalissa qed isiru 55 test tal- MRI kuljum, mqabbla mat- 30 test tal-MRI kuljum li kienu jsiru qabel.

“L-impenn tagħna biex nindirizzaw l-isfidi kbar li sibna fil-qasam tas-saħħa, u li writna mill-Gvern preċedenti, huwa evidenti. Is-saħħa għal dan il-Gvern hija prijorità. Illum qegħdin nagħtu xiehda ta’ dan”,  tenna is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne.

Din il-Private Public Partnership hija inizjattiva bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, l-Isptar St. James u l-Isptar Da Vinci.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow