Left arrow Go Back

IĊ-ĊELEBRAZZJONI JUM IL-KTIEB F’GĦAWDEX

pr140879
Date Icon 25/04/2014

Il-Ministru għal Għawdex dalgħodu żar l-iskola primarja Gozo College ġewwa r-Rabat, Għawdex. Dr. Anton Refalo saħaq fuq l-importanza tal-qari fil-proċess edukattiv tal-istudenti u qassam xi kotba lill-istudenti.

F’dan il-jum ta’ ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ktieb il-Ministru Refalo faħħar lill-għalliema tal-istess skola fl-inizjattiva li jieħdu ta’ kull sena fejn tingħata importanza tal-qari u t-tagħlim biex jitnaqqas l-illiterizmu.

Wara din iż-żjara fl-iskola primarja il-Ministru Refalo żar il-librerija ġenerali fir-Rabat u ppreżenta sebgħin ktieb lill-Librerija tal-Belt Victoria.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow