Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN €1.2 MILJUN F’GĦAWDEX - INAWGURATI L-COASTAL U COUNTRY WALKS

pr140878
Date Icon 25/04/2014

Il-Ministru għal Għawdex jagħmel żjara fix-xogħlijiet li qed isiru fir-Recreational Park ta’ Isopu, fin-Nadur

Bħala parti mill-viżjoni tal-Ministeru għal-Għawdex biex itejjeb l-infrastruttura u l-prodott turistiku ta’ Għawdex, Dr Anton Refalo Ministru għal Għawdex ħabbar tliet proġetti relatati ma’ xulxin.

Dr Refalo dalgħodu żar il-proġett tal-Qortin ta’ Isopu fin-Nadur, Għawdex kif ukoll ħabbar proġetti tal-Gozo Coastal and Country Walks. Il-Ministru Refalo spjega kif dawn il-proġetti huma parti mill-pjan ħolistiku tal-Ministeru għall-Għawdex biex itejjeb l-infrastruttura tal-gżira.

Il-proġett tal-Qortin ta’ Isopu se jara barriera magħluqa żviluppata f’żona ta’ rikreazzjoni għall-familja. Bħala parti mill-materjal biex tinbena l-infrastruttura qed jintuża materjal li nġabar mill-widien. Se jinbnew ħitan tas-sejjieħ, jitħawlu siġar u jinġabar l-ilma tax-xita. Dan il-proġett waħdu se jqum  €367,000.

Il-Ministru ħabbar ukoll il-proġett tal-Walks and Trails in Rural Gozo. Dan il-proġett se jiswa €850,000 u se jkun iffinanzjat mil-European Agricultural Fund għall-Iżvilupp Rurali. Il-proġett jikkonsisti fil-ħolqien ta’ erba’ country walks, tlieta f’Għawdex u waħda f’Kemmuna. Il-Walks and Trails se jipprovdi esperjenza edukattiva u ta’ rikreazzjoni għall-viżitaturi, filwaqt li jattira turisti fis-shoulder months, perjodu normalment kajman fejn jikkonċerna t-turiżmu.

It-tielet proġett jikkonsisti  fil-bini ta’ erba’ coastal walks qrib l-bajjiet Għawdxin. Il-coastal walks se jkunu aċċessibbli bi transport pubbliku fil-qrib. L-għan ewlieni tal-Coastal Walks huwa li jżid u jivvalorizza l-importanza tas-sbuħija tal-bajjiet Għawdxin. Dan il-proġett se jiswa €9,200.

Dawn it-tlett proġetti se jkomplu jtejbu l-faċilitajiet eżistenti tal-gżira Għawdxija għall-Iżvilupp sostenibbli. L-għan hu li jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, ix-xogħol u rikreazzjoni kif ukoll il-preservazzjoni tal-ambjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow